Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Imniedi proċess ta’ konsultazzjoni relatat mal-proġett tal-Gozo Rural Airfield

pr220565
Date Icon 06/05/2022

Il-Ministeru għal Għawdex, permezz tal-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex, nieda proċess ta' konsultazzjoni relatat mal-proġett propost tal-Gozo Rural Airfield fix-Xewkija.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li dan il-gvern, tul il-leġiżlatura preċedenti, ta importanza lill-konnettività bejn il-gżejjer hekk kif saħħaħ il-flotta tal-Gozo Channel, nieda servizz ġdid ta' fast ferry mill-Imġarr sal-Belt Valletta u saħħaħ ukoll il-konnettività diġitali bit-tqegħid tat-tieni fiber optic cable.

“Issa jmiss li nħarsu lejn mezzi oħra ta' trasport u kien għalhekk li llum qed inniedu proċess ta' konsultazzjoni dwar il-proposta ta' Rural Airfield għal Għawdex, biex b'hekk inkunu qed noffru mezz ieħor ta' konnettività", tenna l-Ministru Clint Camilleri. Huwa kompla li l-proġett propost ser isir b'rispett sħiħ lejn l-ambjent tal-gżira sabiex l-impatt ikun minimu iżda jilħaq l-ambizzjonijiet li għalih qed jiġi propost. “Qed nipproponu li l-airstrip titwal sa massimu ta' 450 metru u b'hekk nassiguraw li din tintuża biss minn ajruplani żgħar. Apparti dan, l-'aprons' ser ikunu magħmula minn reinforced grass b'rispett sħiħ lejn l-ambjent," qal il-Ministru Camilleri.

Il-Ministru għal Għawdex saħaq li ebda art addizzjonali mhi ser tittieħed u li dan il-proġett ser isir f'żona li bħalissa hija lok ta' abbuż, fejn fil-passat intrema skart tal-kostruzzjoni u li ġiet skedata biex tintuża bħala airfield mill-awtoritajiet fil-pjani tal-iżvilupp.

Il-Ministru Camilleri qal li b'dan l-investiment, il-gvern qed iħares li joħloq niċeċ ekonomiċi ġodda f'Għawdex biex b'hekk inkomplu niddiversifikaw l-attività ekonomika u jinħolqu aktar impjiegi sostenibbli u ta' kwalità. 

Is-Sur Mario Borg, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex, qal li l-awtorità għandha rwol ċentrali fil-proġett propost hekk kif se tmexxi proċess ta' konsultazzjoni pubblika, kif stabbilit fl-Att Legali li twaqqfet bih. Permezz ta' dan il-proċess, l-awtorità ser tkun f'pożizzjoni li tiddetermina jekk dan il-proġett, hekk kif propost, hux ser iħalli valur miżjud għall-gżira Għawdxija bl-inqas impatt ambjentali possibbli.

Il-kap eżekuttiv saħaq li l-awtorità ser tkun qed tippreżenta l-istudji kollha relatati ma' dan il-proġett li huma disponibbli fuq is-sit – grda.mt – sabiex il-pubbliku jkun jista' jifformola opinjoni indipendenti. Huwa qal li biex il-proġett jiġi spjegat f'aktar dettall, l-awtorità ser torganizza żewġ laqgħat ta' informazzjoni nhar il-Ħamis 19 u l-Ġimgħa 20 ta' Mejju 2022.

Il-proċess ta' konsultazzjoni fetaħ illum u jagħlaq nhar il-Ġimgħa 27 ta' Mejju 2022. Għal aktar informazzjoni fuq il-proġett, il-laqgħat ta' konsultazzjoni pubblika u kif tista' tikkontribwixxi, wieħed għandu jżur is-sit grda.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Imniedi proċess ta’ konsultazzjoni relatat mal-proġett tal-Gozo Rural Airfield
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Imniedi proċess ta’ konsultazzjoni relatat mal-proġett tal-Gozo Rural Airfield
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Imniedi proċess ta’ konsultazzjoni relatat mal-proġett tal-Gozo Rural Airfield
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Imniedi proċess ta’ konsultazzjoni relatat mal-proġett tal-Gozo Rural Airfield
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow