Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ftuħ ta’ programm ta’ taħriġ b’Fondi Norveġiżi għall-Project Leaders tal-Kunsilli Lokali

pr220546
Date Icon 03/05/2022

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli fetħet it-Tieni Sessjoni ta' taħriġ immirat għal dawk il-kunsilli lokali f'lokalitajiet li huma meqjusa urbani. Dan il-programm huwa ffinanzjat mill-Ismall Grants Scheme b'fondi Norveġiżi, li l-għan prinċipali tiegħu huwa li jindirizza l-inugwaljanza u l-isfidi relatati mal-qagħda soċjo-ekonomika fil-lokalitajiet.

Dan il-proġett joffri l-opportunità lill-kunsilli lokali urbani li jwettqu diversi proġetti li jindirizzaw sfidi bħal riġenerazzjoni fiżika, ekonomika u soċjali fil-lokalità. Dan il-programm ta' taħriġ jinkludi 'Manual of Procedures' għall-implimentazzjoni tal-proġetti, u huwa mmirat sabiex il-Project Leaders ikollhom l-għarfien amministrattiv meħtieġ sabiex iwettqu l-proġetti magħżula b'mod sodisfaċenti.

“Dan il-programm għandu jitqies bħala għodda importanti li tgħin lill-kunsilli lokali urbani biex iwettqu proġetti u inizjattivi li jkunu fil-qafas tal-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp, sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti, kif ukoll jiġu implimentati inizjattivi sostenibbli li jgħinu lil dawk l-iktar vulnerabbli fil-komunità," saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Il-baġit totali għal din l-iskema b'Fondi Norveġiżi hu ta' €1.2 miljun u kull proġett jista' jiggwadanja minn minimu ta' €25,000 sa massimu ta' €100,000. Il-proġetti li ġew magħżula taħt l-ewwel skema kienu dawk sottomessi minn erba' kunsilli lokali li jinkludu Ħal Tarxien, il-Furjana, Ta' Xbiex u Santa Venera. Dawn bejniethom ingħataw €435,356.

Fit-Tieni sejħa ġew magħżula sitt kunsilli lokali - Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, il-Marsa, il-Birgu, Tas-Sliema u l-Isla. Dawn se jkunu qed jieħdu bejniethom €568,300.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ftuħ ta’ programm ta’ taħriġ b’Fondi Norveġiżi għall-Project Leaders tal-Kunsilli Lokali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ftuħ ta’ programm ta’ taħriġ b’Fondi Norveġiżi għall-Project Leaders tal-Kunsilli Lokali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ftuħ ta’ programm ta’ taħriġ b’Fondi Norveġiżi għall-Project Leaders tal-Kunsilli Lokali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ftuħ ta’ programm ta’ taħriġ b’Fondi Norveġiżi għall-Project Leaders tal-Kunsilli Lokali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow