Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Jitlesta r-restawr tal-Kappella ta’ Sant’Anna f’Ħ’Attard

pr220532
Date Icon 29/04/2022

Id-Direttorat tar-Restawr lesta r-restawr tal-kappella ddedikata lil Sant'Anna f'Ħ'Attard. Din il-kappella, li nbniet lejn l-aħħar tas-seklu sbatax u li sussegwentement ingħatat lil M.U.S.E.U.M. tas-subien fl-1968, kienet intgħażlet biex tiġi restawrata bis-saħħa tal-Iskema tar-Restawr għall-Kunsilli Lokali.

Waqt żjara fuq il-post, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici rringrazzja lill-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr tal-ħidma tagħhom favur binjiet storiċi. “Proġetti bħal dawn ikomplu juru biċ-ċar l-impenn tal-gvern lejn il-wirt kulturali fil-lokalitajiet tagħna. Ir-restawr ta' binjiet storiċi hu essenzjali biex uliedna u min iżurna jkunu jistgħu jgawdu dak li ħallewlna missirijietna," stqarr Dr Bonnici.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li issa li x-xogħol fuq il-kappella ta' Ħ'Attard tlesta, għandna xhieda tal-ħidma u l-impenn tal-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr biex titwettaq l-iskema maħruġa mill-kunsilli lokali. Qalet ukoll li issa li ngħalqet is-seba' sejħa ta' din l-iskema, fejn ħmistax-il kunsill lokali ressqu l-proposti, dawn se jgħaddu minn proċess biex finalment jintgħażlu u hekk sena wara l-oħra jitkompla dan il-proġett ambizzjuż ta' restawr.

Il-Perit Audrey Anne Bonnici mid-Direttorat tar-Restawr spjegat li l-problemi prinċipali ta' din il-kappella kienu fil-faċċata, u  b'hekk l-interventi ta' restawr saru fuq in-naħa ta' barra. F'ċerti partijiet akkumulaw ħmieġ u qoxra sewdenija, u f'partijiet oħra l-ġebla tmermret. Fil-fatt, parti mix-xogħol kien jinkludi t-tindif u t-tikħil tal-faċċati kollha. Il-faċċata prinċipali tnaddfet mill-kisi li kien qiegħed jagħmel ħafna ħsara. Saret ukoll tiswija fuq id-deffun tas-saqaf, kif ukoll inbidel xi ġebel li kien iddeterjora, u finalment ġiet ikkonsolidata wkoll l-entratura tal-bieb prinċipali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Jitlesta r-restawr tal-Kappella ta’ Sant’Anna f’Ħ’Attard
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Jitlesta r-restawr tal-Kappella ta’ Sant’Anna f’Ħ’Attard
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Jitlesta r-restawr tal-Kappella ta’ Sant’Anna f’Ħ’Attard
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow