Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Ħruġ Ġdid b'Irkant ta' Stock tal-Gvern ta' Malta b'Rata ta' Mgħax Fissa – Mejju 2022

pr220503
Date Icon 26/04/2022

L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' €130,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €100,000,000 oħra kif ġej:

  1. 1.70% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (IV); u
  2. 2.10% Stock tal-Gvern ta' Malta 2032 (IV); u
  3. 2.60% Stock tal-Gvern ta' Malta 2047 (I); jew
  4. f'ammonti mit-tliet Stocks b'valur nominali flimkien ta' €130,000,000.

L-applikazzjonijiet magħmulin f'offerti b'irkant għal minimu ta' €500,000 u multipli ta' €100,000 kull waħda jiftħu l-Erbgħa 4 ta' Mejju 2022 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess jum.

L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew fuq fax +356 2596 7210 jew jintefgħu fil-kaxxa tal-offerti tat-Teżor, il-Floriana. 

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull Stock jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b'irkant. 

Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor. 

L-Accountant General ser iħabbar linji gwida indikattivi tal-ipprezzar għall-kull Stock permezz ta' stqarrija għall-istampa li tiġi ppubblikata nhar it-Tlieta, it-3 ta' Mejju 2022. Dawn ikunu magħmula minn spread indikattiva fuq ir-rata tal-euro mid-swap relevanti li jirriflettu b'mod wiesa' l-kondizzjonijiet fis-suq sekondarju tal-1.70% Stock tal-Gvern ta' Malta 2028 (IV), tat-2.10% Stock tal-Gvern ta' Malta 2032 (IV) u tat-2.60% Stock tal-Gvern ta' Malta 2047 (I).

Aktar tagħrif dwar dawn l-iStocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li flimkien mal-Prospett Ġenerali u r-Regolamenti dwar Stocks tal-Gvern ta' Malta jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow