Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Imħabbra t-tneħħija ta’ iktar miżuri restrittivi – Normalità b’responsabbiltà

pr220488
Date Icon 22/04/2022

Fid-dawl li n-numri tal-każijiet attivi fl-Isptar Mater Dei baqgħu stabbli u li l-pazjenti pożittivi rikoverati fit-taqsima tal-Kura Intensiva baqgħu baxxi, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne stqarr li pajjiżna jista’ jkompli jirrilaxxa iżjed miżuri restrittivi. 

“Il-politika tal-gvern dejjem kienet iffukata sabiex tressaq lil Malta lejn normalità b’responsabbiltà”, qal Chris Fearne, filwaqt li spjega kif il-vaċċin ippermetta li naslu f’dan l-istadju. 

Id-Deputat Prim Ministru spjega li mit-2 ta’ Mejju 2022, kull min hu pożittiv għall-Covid-19, kemm dawk li ħadu l-vaċċin u kif ukoll dawk li mhumiex ivvaċċinati, se jkunu obbligati li jiżolaw ruħhom għal għaxart ijiem, jew sebat ijiem kemm-il darba jsir test fis-7 jum li jirriżulta fin-negattiv. Filwaqt li mhijiex ser tibqa’ mandatorja l-kwarantina għall-persuni li jgħixu fl-istess residenza, huwa rakkomandat li dawn il-persuni jagħmlu test fit-tielet jum, jew jekk jiżviluppaw sintomi huma wkoll. Kuntatti primarji tal-persuna pożittiva, kemm jekk ivvaċċinati kif ukoll jekk le, mhumiex se jintalbu jagħmlu kwarantina mandatorja.

Il-Ministru għas-Saħħa ħabbar ukoll li mit-2 ta’ Mejju l-użu tal-maskri mhux se jibqa’ obbligatorju ħlief fl-isptarijiet, djar tal-anzjani, kliniċi mediċi u fuq titjiriet, minn u lejn Malta, filwaqt li huwa rakkomandat li tintlibes il-maskra f’postijiet fil-magħluq bħal fuq it-trasport pubbliku. Mhuwiex se jibqa’ neċessarju li jimtela l-Passenger Locator Form biex tivvjaġġa lejn Malta minn pajjiż taż-żona ħamra, filwaqt li l-miżuri restrittivi kollha relatati mal-avvenimenti organizzati se jitneħħew ukoll.

Dwar il-programm ta’ vaċċinazzjoni, Chris Fearne spjega li sat-2 ta’ Mejju, l-anzjani kollha ta’ ‘l fuq minn 80 sena jkollhom appuntament għat-tilqima.

Il-helplines 111 u 145 ser jibqgħu disponibbli għall-pubbliku, mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7:00am u s-6:00pm, u l-Ħdud u festi pubbliċi bejn is-7:00pm u l-4:00pm. 

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci apellat biex kulħadd ikun responsabbli għal saħħtu u sabiex persuni anzjani u dawk immunosuppressed jitlaqqmu bit-tieni doża tal-booster tal-COVID-19.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Imħabbra t-tneħħija ta’ iktar miżuri restrittivi – Normalità b’responsabbiltà
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Imħabbra t-tneħħija ta’ iktar miżuri restrittivi – Normalità b’responsabbiltà
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow