Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Tirritorna n-Nickelodeon Treasure Hunt Malta fil-Belt Valletta

pr220486
Date Icon 22/04/2022

Il-familji Maltin u Għawdxin, kif ukoll turisti, se jkollhom l-opportunità li jsegwu l-passi ta' wħud mill-aktar karattri popolari fid-dinja tal-istazzjon televiżiv Nickelodeon fil-Belt Valletta bejn it-28 u 29 ta' Mejju li ġej.

Dawn il-jiem ta' attivitajiet ser jinkludu varjeta ta' attrazzjonijiet li jibdew minn Pjazza Tritoni u jibqgħu sejrin sa Pjazza San Ġorġ.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-preżenza taċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka li Malta trid tkompli tkun minn ta' quddiem biex toffri xelta ta' esperjenzi pożittivi għat-turisti li jiġu jżuruna.

“Attivitajiet bħal Nickelodeon Treasure Hunt Malta huma ta' kontribut biex nattiraw niċċa bħal dik tal-family tourism. Din tippermetilna nindirizzaw l-istaġjonalità turistiku sabiex bħala pajjiż dejjem ikollha viżibilità promozzjonali mhux biss fix-xhur tas-sajf imma matul is-sena kollha," kompla jgħid il-Ministru Bartolo.

Huwa elenka li meta jkollok pajjiż li jassoċja lilu nnifsu ma' ażjenda mondjali bħal Nickelodeon huwa pass fid-direzzjoni t-tajba biex il-prodott turistiku tagħna jkompli jikber fil-kwalità tiegħu.

“Dan kollhu huwa pass importanti biex 'Prodott Malta' jibqa' jiġġedded u fuq kollox jibqa' kompettitiv. L-għan tagħna jibqa' li Malta tkun kalamita ta' attivitajiet internazzjonali li jattiraw kull faxxa tas-soċjeta Maltija u anke dik turistika," temm jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.

Intant, iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia tenna l-impenn tal-Awtorità biex Malta tkun ċentru ta' kwalità għal kull min jiġi jżura.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Tirritorna n-Nickelodeon Treasure Hunt Malta fil-Belt Valletta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Tirritorna n-Nickelodeon Treasure Hunt Malta fil-Belt Valletta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Tirritorna n-Nickelodeon Treasure Hunt Malta fil-Belt Valletta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow