Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Il-Ministru Bonnici jniedi l-Padiljun ta’ Malta fil-Biennale di Venezia

pr220485
Date Icon 22/04/2022

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda l-Padiljun Malti matul id-59 Wirja Internazzjonali tal-Arti “La Biennale di Venezia”, liema Padiljun ġie kkummissjonat mill-Kunsill Malti għall-Arti. 

Fil-Padiljun Malti qiegħda tiġi esebita installazzjoni bl-isem ta' “Diplomazija Astuta”, liema installazzjoni ntlaqgħet tajjeb ferm min-nies li żaru l-Biennale ta’ din is-sena f’Venezja. 

Il-Padiljun ta’ Malta jimmaġina mill-ġdid il-kwadru titulari seminali ta’ Caravaggio, “Il-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista” b’mod fejn it-traġedja u l-brutalità tal-eżekuzzjoni ta’ San Ġwann tiġi esperjenzata fil-preżent bis-saħħa ta’ tiżwiqa ta' kreattività, inġinerija, arti u xjenza.

Fil-diskors tiegħu, il-Ministru Bonnici qal li l-fatt li Malta qiegħda tieħu sehem għat-tielet darba infila fil-Biennale huwa pass importanti għall-kultura lokali. Saħaq li avvenimenti bħal dawn juru kemm it-talent lokali qiegħed ikun aċċessibbli anke għall-udjenza internazzjonali.

“L-arti tagħna u r-rakkonti li jintisġu minnha qegħdin ikunu mifruxa barra minn xtutna b’mod aktar b'saħħtu”, sostna l-Ministru Bonnici.

Il-ministru radd ħajr b’mod speċjali liċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall u t-tim tiegħu, lill-kuraturi Keith Sciberras u Jeffrey Uslip, u l-esebituri Arcangelo Sassolino, Giuseppe Schembri Bonaci u Brian Schembri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Il-Ministru Bonnici jniedi l-Padiljun ta’ Malta fil-Biennale di Venezia
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Il-Ministru Bonnici jniedi l-Padiljun ta’ Malta fil-Biennale di Venezia
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Il-Ministru Bonnici jniedi l-Padiljun ta’ Malta fil-Biennale di Venezia
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow