Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitħabbru l-finalisti tat-62 edizzjoni ta’ Sportmalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali

pr220472
Date Icon 14/04/2022

Tħabbru l-finalisti tal-edizzjoni ta' din is-sena ta' SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li se jirrikonoxxu l-kisbiet sportivi tas-sena 2021. Il-ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sport li vvutaw kienu jammontaw għal 69 biex issa tħabbru l-ħames finalisti għal kull kategorija.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fis-Sala Teddie Borg fil-Kumpless Sportiv ta' SportMalta fil-Kottonera, il-Ministru għall-Edukazzioni, l-lsport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal li kien ta' pjaċir għalih li qed jattendi għal din iċ-ċerimonja ta' tħabbira tal-finalisti wara n-nuqqas tas-sena li għaddiet meta saret biss iċ-ċerimonja finali, minħabba s-sitwazzjoni tar-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija. Il-Ministru Grima feraħ lill-isportivi kollha magħżula fis-semi finali u awgura kull suċċess lill-finalisti.

Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef qal li jinsab sodisfatt bil-parteċipazzjoni tal-membri fil-proċess ta' votazzjoni u jittama li l-għażla finali tkun tirrifletti verament il-kisbiet tal-atleti, kowċis, tims u uffiċjali tul is-sena 2021. Micallef irrimarka li għas-serata finali se jkun hawn bħala mistiedna internazzjonali l-Viċi President tal-AIPS Iannis Daras u l-President tal-Assoċjazjoni tal-Ġurnalisti Sportivi ta' Ċipru Erodotos Militdaus.

Il-finalisti tat-62 edizzjoni huma:

SPORTIV TAS-SENA

NEIL AGIUS – Open Water Swimming

THOMAS BORG - Paralympics

GARY GIORDIMAINA – Wrestling

BEN PLUMPTON – Water Polo

JEREMY ZAMMIT – Long Jump (Athletics)

SPORTIVA TAS-SENA

SUE ABELA – Ten Pin Bowling

CLAIRE AZZOPARDI – Long Jump (Athletics)

MYA AZZOPARDI – Swimming

ELEANOR BEZZINA – Target Shooting

YAZMIN ZAMMIT STEVENS – Weightlifting

ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA

JAYDEN CUTAJAR – Water Polo

KAYDEN LAGANÀ – Ten Pin Bowling

RICHARD SCHULTHEIS – Sailing

KIJAN SULTANA - Squash

JEREMY ZAMMIT – Long Jump (Athletics)

ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA

FRANCESCA CLARK - Badminton

CHERISE FARRUGIA– Horse Racing

SASHA GATT - Swimming

TENISHIA THORNTON – Weightlifting

TARA VELLA CLARK – Gymnastics

KOWĊ TAS-SENA

ANTHONY FARRUGIA – Water Polo

JESMOND GIORDIMAINA – Wrestling

JIVKO JECHEV - Athletics

RODMAR PULIS – Weightlifting

RICK VOGELESANG – Ten Pin Bowling

UFFIĊJAL TAS-SENA

JULIAN BAJADA – Paralympics

TERRY CAMILLERI – Billiards & Snooker

JESMOND CARUANA - Weightlifting

TRUSTIN FARRUGIA CANN - Football

BERNARD VASSALLO – Basketball

TIM TAS-SENA

Billiards & Snooker – MASTERS TEAM MEN

Futsal – LUXOL ST ANDREWS TEAM MEN

Rugby – MALTA NATIONAL TEAM MEN

Water Polo – MALTA NATIONAL TEAM U/15 MEN

Weightlifting – EUROPEAN SMALL NATIONS TEAM MIXED

PEOPLE'S CHOICE AWARD

NEIL AGIUS – Open Water Swimming

NOEL AQUILINA – Wheelchair Basketball

ANDY GRECH – Athletics

MAJA THEUMA – Paralympics

TENISHIA THORNTON - Weightlifting

Waqt is-serata se jingħataw ukoll żewġ rikonoxximenti tal-aħjar żewġ atleti ta' Special Olympics Malta u l-unur tal-Aħjar Attività Internazzjonali tas-Sena.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Lorraine Cunningham għamlet appell lill-finalisti, lill-kowċis u lill-qraba tal-finalisti biex ma' javviċinawx jew jipprovaw jinfluwenzaw lil xi ġurnalist fl-għażla tal-vot finali. Individwi li jagħmlu dan ikunu skwalifikati immedjatament mill-proċess tal-għażla.

It-62 edizzjoni ta' SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt 23 ta' April fil-Lukanda Corinthia San Ġorġ f'San Ġiljan, b'xandira diretta tar-Red Carpet fuq il-midja soċjali li tibda fit-8pm u tkompli bis-Serata Finali fuq TVM News+ mid-8:45pm 'il quddiem.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitħabbru l-finalisti tat-62 edizzjoni ta’ Sportmalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitħabbru l-finalisti tat-62 edizzjoni ta’ Sportmalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitħabbru l-finalisti tat-62 edizzjoni ta’ Sportmalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow