Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR

pr220452
Date Icon 09/04/2022

Coffee with a Smile – 12-il żagħżugħ u żagħżugħa bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome ħadu ħsieb it-tmexxija tal-kafetterija tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) f’Ħal Luqa

12-il żagħżugħ u żagħżugħa bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome ħadu f’idejhom it-tmexxija ta’ kafetterija u mexxew u servew għal ġurnata l-klijenti huma. Il-proġett ‘Coffee with a Smile’ kkonsista fit-tmexxija għal ġurnata tal-kafetterija tal-Apron Restaurant, fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi f’Ħal Luqa.

Fost il-klijenti li kellu dan il-grupp kien hemm il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli, li filwaqt li awgurat u rringrazzjat lill-parteċipanti f’dan il-proġett, iddeskrivietu bħala “inizjattiva mill-aqwa li tkompli tgħin lil persuni b’diżabilità jnisslu fihom infushom konvinzjoni li anke huma għandhom l-abilitajiet tagħhom. Li anke huma kapaċi jkomplu jmexxu ħajjithom b’ċerta indipendenza. Huwa proġett li jservi biex dawn iż-żgħażagħ juru dan kollu, filwaqt li għandu jservi wkoll biex min iħaddem jifhem u japprezza aktar li anke persuni b’diżabilità għandhom il-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħhom.”

Dawk li pparteċipaw fil-proġett ‘Coffee with a Smile’ huma grupp ta’ ħbieb fi ħdan id-Down Syndrome Association li jsejħu lilhom infushom ‘The Friendship Circle’. Il-grupp ilu jiltaqa’ għal dawn l-aħħar tliet snin u nofs u s-sena li għaddiet ipparteċipaw b’suċċess fi proġett simili.

Il-mira ta’ dan il-grupp, li għall-ewwel tliet snin kien sponsorjat mill-HSBC, hija li jitgħallmu jkunu indipendenti, iħarsu lejn ħiliet għal impjieg u bl-akbar mira tkun li jitgħallmu b’mod informali. Il-proġett huwa kontinwazzjoni għal dan il-għan. Il-proġett ‘Coffee with a Smile’ hu proġett iffinanzjat mill-Iskema Be Active, li tmexxi l-Aġenzija Żgħażagħ ta’ dan il-grupp ta’ żgħażagħ sabiex ikollhom l-opportunità juru l-kapaċitajiet tagħhom. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow