Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr220448
Date Icon 08/04/2022

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott ma għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta' 3-MCPD.

Deskrizzjoni tal-prodott:Soy Sauce
Isem tal-prodott fuq il-pakkett:Silver Swan – Special Soy Sauce
Ditta:Silver Swan
Volum:1000ml
Data tad-durabbilita`:16/08/2023
Oriġini:Filippini

It-3-MCPD huma grupp ta' kontaminanti li jiffurmaw waqt li jkunu qed jiġu proċessati ż-żjut tal-ikel. F'livelli għoljin dawn jista' ikollhom effetti negattivi fuq is-sistema riproduttiva tal-bniedem, kif ukoll jistgħu ikunu karċinoġeni.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow