AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta' kontaminazzjoni bis-Salmonella.
| Isem tal-prodott: | Schoko-Bons |
| Dittà: | Kinder |
| Piż: | 46g u 125g |
| Dati tad-durabbilità: | Id-dati kollha bejn u inkluż it-28/05/2022 sad-19/08/2022 |

Persuni infettati bis-Salmonella normalment jistgħu jiżviluppaw sintomi bejn sitt (6) u tnejn u sebgħin (72) siegħa wara l-infezzjoni. L-iktar sintomu komuni hija d-dijarea, li tista' tkun anke bid-demm. Sintomi oħra jinkludu deni, uġigħ ta' ras u uġigħ fiż-żaqq. L-infezzjoni ddum minn erba' (4) sa sebat (7) ijiem. Id-dijarea tista' tkun severa li jkun hemm bżonn ukoll dħul fl-isptar.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947