Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-impjegati tas-Servizz Parlamentari

pr220433
Date Icon 04/04/2022

Il-ħaddiema tal-Parlament se jibdew igawdu minn pagi u kundizzjonijiet aħjar ta' xogħol permezz tal-ewwel ftehim kollettiv li ġie konkluż mal-General Workers Union (GWU) wara li fl-2017 daħal fis-seħħ l-Att dwar is-Servizz Parlamentari li stabbilixxa l-awtonomija amministrattiva ta' din l-istituzzjoni.

Il-ftehim kien iffirmat mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, bħala Kap tas-Servizz Parlamentari, mill-Iskrivan tal-Kamra, is-Sur Raymond Scicluna, mis-Segretarju tat-Taqsima tal-GWU għall-Gvern u Entitajiet Pubbliċi s-Sur Kendrick Bondin, u mill-Assistent Segretarju s-Sur George Zahra flimkien mar-rappreżentanti tal-ħaddiema  s-Sa Claudine Parnis u s-Sur Stephen Grech. Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-GWU s-Sur Josef Bugeja.

F'kelmtejn tal-okkażjoni l-Ispeaker Farrugia rringrazzja lill-amministrazzjoni tal-Parlament, lill-uffiċjali tal-GWU kif ukoll lill-uffiċjali tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) is-Sur Mario Sacco u lis-Sa Antoinette Aquilina li pparteċipaw b'mod attiv fl-ewwel fażi tad-diskussjonijiet. 

L-Ispeaker Anġlu Farrugia u s-Sur Kendrick Bondin awguraw li dan il-ftehim kollettiv ikun għodda sabiex dawk il-ħaddiema li huma kapaċi u li jkunu kommessi lejn il-ħidma tagħhom ikollhom opportunità biex jimxu 'l quddiem, u sabiex is-servizz ikun jista' jattira nies kwalifikati u ta' esperjenza li jikkontribwixxu għal titjib kemm f'dik li hi amministrazzjoni tal-istituzzjoni kif ukoll f'dik li hi għajnuna li jingħataw il-Membri tal-Kamra tad-Deputati.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-impjegati tas-Servizz Parlamentari
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-impjegati tas-Servizz Parlamentari
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow