PROGRAMM TA' ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' JUM IL-ĦELSIEN 2022
Il-Kumitat Festi Nazzjonali iħabbar dawn l-attivitajiet biex jitfakkar it-43 Anniversarju ta' Jum il-Ħelsien
Il-Ħamis 31 ta' Marzu, 2022
ĊERIMONJA KOMMEMORATTIVA
09.30a.m. Marċ li jibda minn Triq ix-Xatt ta' Bormla, Bormla jgħaddi minn Triq San Lawrenz, Birgu, sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, Birgu
09.45 a.m. Wasla tal-Banda u l-kontinġent tal-Forzi Armati quddiem il-Monument tal-Ħelsien
09.50 a.m. Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
09.53 a.m. Wasla tal-Kap tal-Oppożizzjoni
09.55 a.m. Wasla tal-Prim Ministru
10.00 a.m. Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta
Il-President ta' Malta jispezzjona l-Gwardja tal-Unur
Il-President ta' Malta flimkien mal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jitilgħu fuq il-Monument fejn jindaqq l-Innu tal-Ħelsien tindaqq il-Fanfarra u jsir it-tqegħid tal-bukketti.
Jindaqq l-Innu Nazzjonali
REGATTA
12.30 p.m Regatta Tradizzjonali fil-Port il-Kbir organizzata mill-Għaqda Regatta Nazzjonali bl-għajnuna ta' SportMalta. Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji - Frejgatini - Dgħajjes C tal-Pass - Kajjikki - Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u dik Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-palji tat-tiġrija partikolari. Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni tax-'shield' lill-klabb li jikseb l-akbar għadd ta' punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija 'Open' u oħra fil-Kategorija 'Reserves'.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946