Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER

pr220416
Date Icon 27/03/2022

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Dr Anġlu Farrugia ħalla Malta biex jipparteċipa fil-Konferenza tal-Ispeakers tal-Parlamenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li se tinżamm fl-Islovenja fit-28 u d-29 ta' Marzu 2022.

Din hija konferenza li tinżamm mill-Parlament ta' dak l-istat membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fit-tieni nofs tas-sena li tkun għadha kif għaddiet. Hija din ir-raġuni li din id-darba din il-konferenza qed tiġi organizzata mill-Assemblea Nazzjonali u mill-Kunsill Nazzjonali tal-Islovenja.

It-temi fuq l-aġenda jinkludu l-irwol tal-parlamenti waqt kriżijiet u kif l-Unjoni Ewropea tista' toffri garanzija ta' stabbiltà, sigurtà u prosperità fir-reġjun u lil hinn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow