Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet Ġenerali – Marzu 2022

pr220404
Date Icon 24/03/2022

Trasport għall-assistenti kummissjonarji elettorali s-Sibt, 26 ta' Marzu 2022

Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar li, bil-għan li tiffaċilita t-trasport tal-assistenti kummissjonarji elettorali sabiex jaslu fil-post tal-votazzjoni assenjati lilhom fil-5.30 am nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, 26 ta' Marzu, 2022, b'arranġament ma' Transport Malta, it-trasport pubbliku ser jitħaddem aktar kmieni mis-soltu f'dak il-jum.

Ir-rotot skedati kollha 1, 2, 3, 4, 13, 14, 16, 21, 22, 24, 31, 35, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 51, 52, 53, 54, 58, 61, 62, 63, 71, 72, 73, 81, 82, 83, 84, 88, 91, 92, 93, 94 u 122 ser jitilqu mill-outstations fl-4.30 am.  L-istess rotot jitilqu mill-Belt Valletta fil-5.00 am.* Għal dan it-trasport ma jintalabx ħlas sakemm il-persuna turi t-tag tal-identità bħala assistent kummissjonarju elettorali maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.

Wara li jsir id-depositu tal-kaxex tal-voti u materjal ieħor tal-elezzjoni fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, wara l-10.00 pm, l-assistenti kummissjonarji elettorali jkollhom trasport provdut (ukoll mingħajr ħlas) permezz ta' minibuses lejn il-lokalitajiet kollha ta' Malta.

*Skeda dettaljata tinsab annessa ma' din l-istqarrija

pr220404a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow