Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet Ġenerali – Marzu 2022 Dokumenti tal-vot ta' pazjenti fl-isptarijiet

pr220391
Date Icon 22/03/2022

Il-Kummissjoni Elettorali tappella lill-qraba tal-votanti li jinsabu rikoverati fl-isptarijiet Mater Dei inkluż SAMOC, Karen Grech, Monte Karmeli u fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, inkluż Downtown, (li kienu hemm reġistrati bħala pazjenti sas-6.00 pm tat-Tnejn, 21 ta' Marzu) biex, jekk għad għandhom id-dokument tal-vot tal-pazjent, dawn għandhom immedjatament jikkonsenjaw dan id-dokument lill-pazjent biex ikun jista' jivvota fl-isptar fejn hu rikoverat nhar il-Ħamis, 24 ta' Marzu.

Min iżomm dokument tal-vot ta' ħaddieħor ikun qiegħed effettivament iċaħħadlu d-dritt tal-vot u dan hu kontra l-liġi, li tgħid li min “ikun fil-pussess illeġittimu ta' xi dokument għall-votazzjoni... hu ħati ta' reat u jeħel, meta jinsab hekk ħati, multa jew priġunerija jew multa u priġunerija flimkien" (Art. 112, Kap. 354). 

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li meta jinqala' każ bħal dan, tiddaħħal l-Awtorità tal-Pulizija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow