Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – 26 ta’ Marzu, 2022 Tqassim ta’ Dokumenti għall-Votazzjoni

pr220388
Date Icon 21/03/2022

Kif digà tħabbar, il-Kummissjoni Elettorali qiegħda tqassam id-dokumenti għall-votazzjoni li fadal mill-Uffiċċju tagħha fin-Naxxar u, għall-votanti reġistrati f’Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, fir-Rabat, Għawdex. 

Il-Kummissjoni Elettorali titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex: 

a. Dawk il-votanti li ma jifilhux jimxu, jitwasslu b’karozza privata sal-Uffiċċju Elettorali, Eks-Trade Fair Grounds, in-Naxxar.  Il-Kummissjoni Elettorali titlob li f’dawn il-każi, barra l-votant u x-xufier tal-karozza jkun hemm persuna oħra biex, wara li l-karozza twaqqaf viċin, din il-persuna tkun tista’ tidħol bl-ID Card tal-votant u turi lill-Kummissjonarji fejn tkun ipparkjata l-karozza bil-votant biex jingħatalu l-vot. 

b. L-istess servizz jingħata lill-votanti f’Għawdex li ma jkunux jifilħu joħorġu mill-karozza privata ħdejn l-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex. 

c. Fejn hemm każi ta’ votanti anzjani jew morda li ma jistgħux jitwasslu biex jiġbru d-dokument, il-Kummissjonarji jagħmlu sforz biex iwassluhulom huma stess fid-djar.  Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Elettorali titlob li l-votanti nfushom jew xi qarib ta’ dawn il-votanti għandu jmur jew iċempel l-Uffiċċju Elettorali fuq 21423128 u 21423131 biex jagħti d-dettalji meħtieġa.  Il-Kummissjoni Elettorali titlob il-kooperazzjoni tal-pubbliku biex jagħmel użu ta’ dan is-servizz biss fejn hu assolutament meħtieġ. 

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar ukoll li kull min irid jigbor id-dokument għall-votazzjoni jrid bilfors jiġbor id-dokument personalment u billi jippreżenta l-Karta tal-Identità.

Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum il-votazzjoni.     

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow