Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – 26 ta’ Marzu, 2022

pr220384
Date Icon 21/03/2022

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li huma rreġistrati fuq Għawdex u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċi versa, lill-votanti li huma rreġistrati Malta u jixtiequ li jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom minn Għawdex li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom malajr kemm jista' jkun.  Il-Kummissjoni Elettorali tħeġġeġ lil min se juża dan is-servizz biex ma jħallix sal-aħħar jum (6.00 p.m. tal-24 ta' Marzu, 2022) minħabba li jekk ikun hemm ċirkostanzi li mgħandhiex kontroll fuqhom (eż. maltemp) ma jkunx possibbli li d-dokument jinġieb fil-ħin legali stabbilit.

Importanti ħafna li t-talba ssir fuq bażi personali jew permezz ta' email fuq maltagozo.electoral@gov.mtjew permezz ta' formola, liema formola tista' tintbagħat jew b'mod personali jew permezz ta' email. 

Id-dokumenti f'Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f'Għawdex mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita' fir-Rabat, Għawdex. Id-dati tal-ġbir ikunu mill-21 sal-24 ta' Marzu, 2022 u dan isir personali mill-votant billi juri l-Karta tal-Identità.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow