STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – 26 ta’ Marzu, 2022
Irtirar ta' Dokumenti għall-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li għadhom ma ġabrux id-dokument għall-votazzjoni tagħhom illi jistgħu jiġbruh personalment mill-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar, jew, għall-votanti reġistrati f'Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A Pjazza San Franġisk, ir-Rabat Għawdex.
Il-ġranet u l-ħinijiet li fihom wieħed jista' jiġbor id-dokument għall-votazzjoni huma kif ġej:
It-Tnejn 21, it-Tlieta 22 u l-Erbgħa 23 ta' Marzu, 2022:
mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sad-9.00 pm
Il-Ħamis, 24 ta' Marzu, 2022 (l-aħħar jum):
mit-8.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sa nofsillejl
Trid tiġi ppreżentata l-karta tal-identità personalment.
L-ebda dokument ieħor ma jista' jkun aċċettat għal dan l-iskop.
Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista' jivvota nhar jum il-votazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949