STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: Elezzjoni Ġenerali 2022
Persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li d-dettalji tal-persuni maħtura biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji jew Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni (inklużi r-riżervi) fl-Elezzjoni Ġenerali ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern tal-10 ta’ Marzu, 2022.
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li se jservu (inklużi r-riżervi) fit-22 ta’ Marzu 2022, li se jkunu jistgħu jivvotaw biss is-Sibt, 19 ta’ Marzu 2022. Il-kumplament tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u l-Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni (inklużi r-riżervi) se jkunu jistgħu jivvotaw biss it-Tlieta, 22 ta’ Marzu 2022, fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar jekk huma votanti rreġistrati fuq Malta, u fil-Farm Sperimentali tal-Gvern fix-Xewkija jekk huma votanti rreġistrati fuq Għawdex. L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u l-Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni għandhom jattendu personalment fil-post u data indikata u jippreżentaw id-dokument tal-vot biex jivvotaw. Il-ħinijiet ikunu dejjem mis-7.00 a.m. sal-10.00 p.m. bla waqfien.
Bla ebda mod ma jkun possibbli li dawn il-persuni hekk maħtura jivvotaw is-Sibt, 26 ta’ Marzu 2022, anke jekk jirtiraw mill-kariga.
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949