STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: Elezzjoni Ġenerali – Marzu, 2022
Laqgħat għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali
Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li ġew maħtura bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Riservi u Polling Place Officers għall-Elezzjonijiet Ġenerali li ġejjien, li huma għandhom jattendu għal sessjoni ta' briefing skont kif indikat fl-iskeda li tinsab ma' dan l-avviż.
L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali, ir-Riservi u l-Polling Place Officers huma mitluba sabiex jattendu fil-ġurnata u l-ħin kif speċifikat għalihom sabiex ikunu jistgħu jieħdu direttivi mill-Kummissjoni Elettorali u jagħmlu l-mistoqsijiet li jista' jkollhom.
L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali, ir-Riservi u l-Polling Place Officers għandhom iġibu magħhom il-ktejjeb tal-istruzzjonijiet flimkien mal-materjal kollu li ntbagħtilhom mill-Kummissjoni Elettorali. Dawn l-uffiċjali huma mfakkra li għandhom jiffamiljarizzaw irwieħhom sewwa mal-istruzzjonijiet inklużi fil-ktejjeb imsemmi.
L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali li huma vvaċċinati kontra l-Covid-19 għandhom jippreżentaw iċ-ċertifikat validu tal-vaċċin sakemm mhux diġà sottomess mal-applikazzjoni, qabel il-bidu tal-laqgħa. L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali huma mfakkra wkoll li f'każ li ma jkunux ippreżentaw iċ-ċertifikat validu tal-vaċċin kontra l-Covid-19 sal-jum tal-briefing, dakinhar li se jservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali se jiġu mitluba jippreżentaw kopja ta' rapid test magħmul sa minn 48 siegħa qabel sal-jum tal-votazzjoni li fih huma se jkunu maħtura biex iservu.
| Data | Ħin | Post | Laqgħa għall- |
It-Tnejn, 14 ta' Marzu 2022 | 17.00 | Malta Fairs and Convention Centre -Ta' Qali Dħul: South Gate | Assistenti Kummissjonarji Elettorali li se jservu fil-Kmamar tal-Votazzjoni minn numru 1 sa 169. Assistenti Kummissjonarji li se jservu fi Kmamar tal-Votazzjonifejn hemm Kaxxi tal-Votazzjoni mħallta għal:
Riservi bil-kunjom li jibda bl-ittri A, B, W, X, Q u R. |
It-Tlieta, 15 ta' Marzu 2022 | 17.00 | Malta Fairs and Convention Centre -Ta' Qali Dħul: South Gate | Assistenti Kummissjonarji Elettorali li se jservu fi Kmamar tal-Votazzjoni minn numru 170 sa 446. Riservi bil-kunjom li jibda bl-ittri C, D, E, F, T u V. |
L-Erbgħa, 16 ta' Marzu 2022 | 17.00 | Malta Fairs and Convention Centre - Ta' Qali Dħul: South Gate | Assistenti Kummissjonarji Elettorali li se jservu fi Kmamar tal-Votazzjoni minn numru 447 sa 741. Riservi bil-kunjom li jibda bl-ittri G, H, I, J, K, L, M, N, O, P, S u Z. |
Il-Ħamis, 17 ta' Marzu 2022 | 14:30 | Examination Hall, Triq Fortunato Mizzi, Rabat, Għawdex | Assistenti Kummissjonarji Elettorali li huma rreġistrati bħala votanti f'Għawdex. |
Il-Ġimgħa, 18 ta' Marzu 2022 | 17.30 | Sala tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar | Polling Place Officers taċ-ċentri tal-votazzjoni kollha f'Malta u Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949