Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: Elezzjoni Ġenerali – Marzu, 2022

pr220354
Date Icon 13/03/2022

Laqgħat għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf lil dawk il-persuni li ġew maħtura bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Riservi u Polling Place Officers għall-Elezzjonijiet Ġenerali li ġejjien, li huma għandhom jattendu għal sessjoni ta' briefing skont kif indikat fl-iskeda li tinsab ma' dan l-avviż.

L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali, ir-Riservi u l-Polling Place Officers huma mitluba sabiex jattendu fil-ġurnata u l-ħin kif speċifikat għalihom sabiex ikunu jistgħu jieħdu direttivi mill-Kummissjoni Elettorali u jagħmlu l-mistoqsijiet li jista' jkollhom. 

L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali, ir-Riservi u l-Polling Place Officers għandhom iġibu magħhom il-ktejjeb tal-istruzzjonijiet flimkien mal-materjal kollu li ntbagħtilhom mill-Kummissjoni Elettorali. Dawn l-uffiċjali huma mfakkra li għandhom jiffamiljarizzaw irwieħhom sewwa mal-istruzzjonijiet inklużi fil-ktejjeb imsemmi.

L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali li huma vvaċċinati kontra l-Covid-19 għandhom jippreżentaw iċ-ċertifikat validu tal-vaċċin sakemm mhux diġà sottomess mal-applikazzjoni, qabel il-bidu tal-laqgħa. L-Assistenti Kummissjonarji Elettorali huma mfakkra wkoll li f'każ li ma jkunux ippreżentaw iċ-ċertifikat validu tal-vaċċin kontra l-Covid-19 sal-jum tal-briefing, dakinhar li se jservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali se jiġu mitluba jippreżentaw kopja ta' rapid test magħmul sa minn 48 siegħa qabel sal-jum tal-votazzjoni li fih huma se jkunu maħtura biex iservu.

DataĦinPostLaqgħa għall-

It-Tnejn,

14 ta' Marzu 2022

17.00

Malta Fairs and Convention Centre -Ta' Qali

Dħul: South Gate

Assistenti Kummissjonarji  Elettorali li se jservu fil-Kmamar tal-Votazzjoni minn numru 1 sa 169.

Assistenti Kummissjonarji li se jservu fi Kmamar tal-Votazzjonifejn hemm Kaxxi tal-Votazzjoni mħallta għal:

  • Votazzjoni Bikrija,
  • Assistenti Kummissjonarji jew membri tal-Korp tal-Pulizija;
  • Djar tal-Anzjani,
  • Sptarijiet,
  • Ċentri tal-Covid u
  • Faċilità Korrettiva ta' Kordin

Riservi bil-kunjom li jibda bl-ittri A, B, W, X, Q u R.

It-Tlieta,

15 ta' Marzu 2022

17.00

Malta Fairs and Convention Centre -Ta' Qali

Dħul: South Gate

Assistenti Kummissjonarji Elettorali li se jservu fi Kmamar tal-Votazzjoni minn numru 170 sa 446.

Riservi bil-kunjom li jibda bl-ittri C, D, E, F, T u V.

L-Erbgħa,

16 ta' Marzu 2022

17.00

Malta Fairs and Convention Centre - Ta' Qali

Dħul: South Gate

Assistenti Kummissjonarji Elettorali li se jservu fi Kmamar tal-Votazzjoni minn numru  447 sa 741.

Riservi bil-kunjom li jibda bl-ittri G, H, I, J, K, L, M, N, O, P, S u Z.

Il-Ħamis,

17 ta' Marzu 2022

14:30 Examination Hall, Triq Fortunato Mizzi, Rabat, GħawdexAssistenti Kummissjonarji Elettorali li huma rreġistrati bħala votanti f'Għawdex.

Il-Ġimgħa,

18 ta' Marzu 2022

17.30

Sala tal-Għadd tal-Voti,

in-Naxxar

Polling Place Officers taċ-ċentri tal-votazzjoni kollha f'Malta u Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow