Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI Jingħata rendikont tal-inizjattiva tar-ritorn taċ-ċwievet ta’ djar ta’ akkomodazzjoni soċjali minn anzjani li jgħixu f’istituzzjonijiet residenzjali

pr220352
Date Icon 12/03/2022

Il-Ministru Roderick Galdes indirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-faċilità ta' kura fit-tul San Vinċenz de Paul fejn ingħata rendikont tal-kisbiet li saru permezz tal-inizjattiva tar-ritorn taċ-ċwievet ta' djar ta' akkomodazzjoni soċjali minn anzjani li daħlu jgħixu f'istituzzjonijiet residenzjali pubbliċi jew privati minn Mejju tas-sena 2018 'l hawn. Din l-inizjattiva sa issa wasslet biex 45 proprjetà pubblika terġa' tiġi f'idejn l-Awtorità tad-Djar li minnufih allokat dawn id-djar lil persuni fil-bżonn li kienu fuq il-lista ta' stennija.

Fil-baġit tal-2018 kienet tħabbret miżura fejn anzjani li kienu residenti fit-tul f'wieħed miċ-ċentri tal-anzjani pubbliċi jew privati f'Malta u f'Għawdex, iżda li kellhom fil-pussess tagħhom ċwievet ta' djar ta' akkomodazzjoni soċjali, ġew inċentivati jroddu lura tali ċwievet lill-Awtorità tad-Djar. Dan permezz ta' skont ta' 20% jew saħansitra ta' 40% mill-ammont ta' pensjoni li solitament tinqata' meta jidħlu f'dawn id-djar tal-anzjani.

Il-Ministru Galdes qal, “Bħala gvern ħassejna li ma kienx jagħmel sens li l-akkomodazzjoni soċjali titħalla rieqda, mingħajr użu, meta l-bżonn kien daqstant kbir". Qal ukoll li, “L-istil ta' dan il-gvern kien dejjem l-inċentiv, nemmnu li huwa permezz tal-inċentiv li tista' tegħleb ostakli kbar".

Permezz ta' dan l-inċentiv, il-45 anzjan li sa issa rritornaw iċ-ċwievet b'mod volontarju qed jiffrankaw madwar bejn €1,350 u €2,700 fis-sena li jibqgħu f'buthom mill-pensjoni tagħhom. Fl-istess ħin, din il-miżura kienet waħda mill-kullana ta' inizjattivi li wasslu biex il-lista ta' stennija naqset bin-nofs minn kif kienet lura fl-2017, hekk kif l-istokk ta' akkomodazzjoni soċjali żdied konsiderevolment tul l-aħħar snin, tant li madwar 1,300 dar tal-housing soċjali ġew allokati f'dan il-perjodu.

Il-ministru kkonkluda li, “Dawn huma l-mezzi li ħaddimna biex l-ogħla waiting list fl-istorja naqqasnieha b'aktar minn nofs. Meta għidna li se niġru wara kull ċavetta, ma kienx kliem fieragħ. L-impenn tagħna jibqa' li nkomplu niġru wara kull ċavetta biex inkomplu nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies, u b'aktar inizjattivi differenti, maħsubin tajbin u li jindirizzaw bżonnijiet diversi, se nkunu qed naħdmu biex dik il-waiting list neradikawha".

Il-Ministru Michael Farrugia qal li l-ħidma tal-gvern tkompli, u turija ta' dan hu l-proġett li qed jitwettaq grazzi għall-koperazzjoni bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Ministeru ghall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva. Fakkar fil-proġett ta' €58 miljun tal-housing soċjali fejn żewġ banek internazzjonali offrew għajnuna finanzjarja għalih biex seta' jinbeda l-bini ta' madwar 750 appartament. Ikkonkluda li dan il-proġett se jkun qed iħalli iżjed flus fil-bwiet tal-anzjani.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI Jingħata rendikont tal-inizjattiva tar-ritorn taċ-ċwievet ta’ djar ta’ akkomodazzjoni soċjali minn anzjani li jgħixu f’istituzzjonijiet residenzjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI Jingħata rendikont tal-inizjattiva tar-ritorn taċ-ċwievet ta’ djar ta’ akkomodazzjoni soċjali minn anzjani li jgħixu f’istituzzjonijiet residenzjali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow