Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – 26 ta’ Marzu, 2022

pr220336
Date Icon 10/03/2022

Ċertifikati għal min ma jkunx jista’ joqgħod fil-queue

1. Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi fil-ġurnata tal-votazzjoni, persuni li għalqu l-75 sena u dawk li jinġiebu fuq ‘stretchers’ jew mill-isptarijiet u d-djar tal-anzjani għandhom jitħallew jaqbżu l-queue f’kull ħin tal-votazzjoni mingħajr il-ħtieġa ta’ ċertifikat tat-tabib.

2. Persuni ta’ età bejn is-60 u l-75 sena jitħallew jaqbżu l-queue bejn is-1.00 pm u l-5.00 pm. 

3. Dawk il-persuni l-oħra li jkunu morda u ma jistgħux jistennew fil-queue jrid ikollhom ċertifikat tat-tabib biex jitħallew jaqbżu l-queue, u dan wara s-1.00 pm.  Dawk il-persuni li jippreżentaw il-Karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita jingħataw l-istess faċilità mingħajr ħtieġa ta’ ċertifikat mediku. 

4. Il-Kummissjoni Elettorali tirċievi applikazzjonijiet fl-Uffiċċju tagħha fl-eks-Trade Fair Grounds, in-Naxxar, mingħand dawk it-tobba li mhumiex kandidati għall-elezzjonijiet għall-għoti ta’ formoli uffiċjali li jservu bħala ċertifikat mediku għal persuni morda biex jitħallew jaqbżu l-queue waqt il-votazzjoni fil-ħin imsemmi aktar qabel. 

Kull tabib li japplika jingħata ammont ta’ formoli li fuqhom jinkiteb iċ-ċertifikat u dan l-ammont ta’ formoli jista’ jiżdied skont il-ħtieġa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow