Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA Mogħtija l-warrants lil erba’ prokuraturi legali ġodda

pr220332
Date Icon 09/03/2022

Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza Edward Zammit Lewis ippreżenta l-warrants lil erba' prokuraturi legali ġodda wara li wrew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw din il-professjoni legali.

Il-Ministru Zammit Lewis awgura lill-prokuraturi legali l-ġodda, filwaqt li saħaq li huwa d-dmir tagħhom li jiggarantixxu aċċess għall-ġustizzja u rappreżentanza legali tajba lil kull ċittadin. Qal ukoll li għandhom iwettqu dmirhom bis-serjetà u b'rispett sħiħ lejn il-kostituzzjoni, il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll l-Avukat tal-Istat Dr Chris Soler, il-President tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali Dr Gerald Bonello, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati Ms Eunice Grech Fiorini, u l-Viċi Kap tal-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati Dr Vanessa Grech.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA Mogħtija l-warrants lil erba’ prokuraturi legali ġodda
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow