STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – Marzu 2022
Ġurament li jsir barra minn Malta – Lussemburgu
Il-kummissjonarji elettorali javżaw lill-votanti li qegħdin il-Lussemburgu li saru arranġamenti oħra sabiex votanti li jixtiequ li jivvutaw fil-votazzjoni bikrija, li ser issir fid-19 ta' Marzu 2022 peress li dakinhar tas-26 ta' Marzu 2022 se jkunu msifrin jew rikoverati f'xi sptar, ikunu jistgħu japplikaw bil-ġurament fil-Konsulat Onorarju ta' Malta fil-Lussemburgu.
Għaldaqstant nhar it-Tlieta, 15 ta' Marzu 2022 uffiċjal mill-Ambaxxata ta' Malta fil-Belġju ser ikun qiegħed il-Lussemburgu, fl-uffiċini tal-Konslu Onorarju ta' Malta fil-Lussemburgu sabiex jamministra l-ġurament fl-indirizz:
8, Rue Sainte-Zithe
Luxembourg City
Luxembourg
Dawk il-votanti Maltin li jixtiequ jieħdu din l-opportunità huma mħeġġa jagħmlu kuntatt mal-Ambaxxata ta' Malta fil-Belġju sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa qabel il-15 ta' Marzu 2022.
Id-dikjarazzjoni ġuramentata (skenjata) trid tasal għand il-Kummissjoni Elettorali fuq advancedvoting.electoral@gov.mt sa mhux iżjed tard minn nofsinhar (ħin ta' Malta) tal-Ġimgħa 18 ta' Marzu, 2022. Il-Kummissjoni Elettorali toħroġ riċevuta għal kull applikazzjoni bil-ġurament li tirċievi li tintbagħat fuq indirizz ta' email li l-votant jista' jikkwota fuq il-ġurament.
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949