Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Jitlesta l-proġett tal-Qattara b’investiment ta’ €10 miljun għal użu aktar sostenibbli tal-ilma tal-pjan

pr220326
Date Icon 08/03/2022

B’investiment ta’ €10 miljun, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma lestiet il-proġett tal-Qattara bil-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ilma fit-togħma tiegħu u jnaqqas il-pressjoni minn fuq l-ilma tal-pjan.

F’konferenza tal-aħbarijiet mill-ġibjun tal-Qrendi, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi spjegaw li dan il-proġett ifisser aktar sostenibbiltà fl-użu tar-riżorsi naturali ta’ pajjiżna.

“B’dan il-proġett, 1,000 persuna li kienu jużaw ilma li ġej direttament mill-borehole, issa ġew imqabbda ma’ servizz li jagħmel użu wkoll mill-ilma tar-Reverse Osmosis. B’hekk qed naraw li ma jkunx hemm overextraction tal-ilma tal-pjan filwaqt li l-kwalità tal-ilma tkun waħda tajba fit-togħma tiegħu,” spjegat il-Ministru Miriam Dalli. 

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi spjega li permezz ta’ dan l-investiment li qed isir kofinanzjat minn fondi Ewropej, se noffru lin-nies tal-madwar provvista ta’ ilma ta’ kwalità aħjar.

Dr Zrinzo Azzopardi qal li l-għan tal-proġett huwa li nkomplu ntejbu s-servizzi pprovduti mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma lill-pubbliku u li nilħqu l-ogħla livell ta’ effiċjenza operattiva tal-korporazzjoni filwaqt li fl-istess ħin innaqqsu l-impatt tal-operazzjonijiet fuq l-ambjent u r-riżorsi naturali. 

L-investiment fuq il-ġibjuni fil-Qrendi inkludew b’50km ta’ pajpijiet biex itejbu d-distribuzzjoni tal-ilma f’żoni remoti fis-Siġġiewi u f’Ħaż-Żebbuġ ukoll.  

Il-proġett ta’ Qattara ngħata bidu fl-2019 fejn beda t-tħaffir ta’ 32 kilometru ta’ trinek biex jiġu installati madwar 50km ta’ pajpijiet li se jwasslu għas-sistema tal-boreholes lejn il-ġibjuni. F’dan il-proċess, l-ilma tal-pjan se jiġi direzzjonat lejn il-ġibjun tal-Qrendi biex imbagħad jitħallat ma’ dak tar-Reverse Osmosis. 

“Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’investiment  bla preċedent fejn qed inkomplu naħdmu biex intejbu l-kwalità tas-servizz provdut liċ-ċittadini tagħna,” saħqet il-Ministru Dalli. 

Dawn il-proġetti jinkludu l-ewwel Reverese Osmosis f’Għawdex, mina bejn Ta’ Qali u Pembroke – li se tkun qed twassal għal titjib tal-ilma f’lokalitajiet ċentrali kif ukoll upgrades madwar Malta, biex fis-snin li ġejjin il-korporazzjoni tkun tista’ twassal ilma tal-vit b’togħma tajba, ħalli b’hekk ikun hemm konformità f’kull naħa ta’ Malta u ta’ Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Jitlesta l-proġett tal-Qattara b’investiment ta’ €10 miljun għal użu aktar sostenibbli tal-ilma tal-pjan
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Jitlesta l-proġett tal-Qattara b’investiment ta’ €10 miljun għal użu aktar sostenibbli tal-ilma tal-pjan
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow