Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President ta’ Malta jiltaqa’ mal-President tal-Kosovo u mal-President tal-Albanija

pr220292
Date Icon 02/03/2022

Il-President George Vella kellu laqgħat mal-President Vjosa Osmani-Sadriu tal-Kosovo u mal-President Ilir Meta tal-Albanija, fil-Palazz ta’ San Anton. Iż-żewġ kapijiet tal-istat barranin jinsabu f’Malta biex jipparteċipaw fit-2 Forum Dinji għal Kultura ta’ Paċi li se jsir f’Malta bejn it-3 u l-4 ta’ Marzu.

L-invażjoni tal-Ukrajna, l-effetti tagħha fuq il-popolazzjoni u l-possibbiltà ta’ eskalazzjoni ulterjuri u ta’ riperkussjonijiet tal-instabbiltà fuq il-Balkani tal-Punent kienu suġġetti komuni fiż-żewġ laqgħat.

Il-President Vella laqa’ din il-laqgħa mal-President Osmani-Sadriu bħala opportunità eċċellenti biex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ interess reċiproku u l-potenzjal għal tisħiħ fil-koperazzjoni bilaterali fl-oqsma tal-kummerċ, l-edukazzjoni u l-qsim ta’ għarfien espert. Żied jgħid li Malta għadha tappoġġa lill-Kosovo fl-isforzi tagħha għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea filwaqt li tenna l-pożizzjoni li ilha għal żmien twil dwar il-fatt li s-sigurtà tal-Ewropa ma tistax tiġi separata minn dik tal-Balkani tal-Punent.

Min-naħa tagħha, il-President Osmani-Sadriu esprimiet l-apprezzament tal-Kosovo għar-rikonoxximent mogħti minn Malta fl-2008, u l-assistenza tanġibbli li Malta ilha tipprovdi minn dakinhar. Il-President tat ħarsa ġenerali tar-riformi politiċi u ekonomiċi li għaddejjin bħalissa f’pajjiżha u aġġornat lill-President Vella bil-progress li sar fid-djalogu bejn Belgrad u Pristina.

Matul id-diskussjonijiet mal-President Ilir Meta, il-President Vella wassal l-impenn ta’ Malta li tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-Albanija permezz tal-identifikazzjoni ta’ oqsma ġodda ta’ koperazzjoni. Enfasizza wkoll l-appoġġ ta’ Malta għall-prospetti tal-Albanija għall-UE u esprima t-tama tiegħu għall-ftuħ formali tan-negozjati tal-adeżjoni. Iż-żewġ pajjiżi, żied jgħid il-President Vella, għandhom ukoll interess komuni għas-sigurtà u għall-prosperità fir-reġjun Mediterranju.

Il-President Meta tkellem dwar l-interess tal-Albanija li tagħti ħarsa mill-qrib lejn ir-riformi u l-miżuri ta’ suċċess li ħadet Malta biex trasformat l-ekonomija tagħha kif ukoll lejn it-triq tagħha li wasslet għas-sħubija tagħha fl-UE fl-2004. L-oqsma tas-saħħa, tal-edukazzjoni, il-koperazzjoni marittima, it-trażbord u s-servizzi finanzjarji jippreżentaw opportunitajiet tajbin ħafna għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni settorjali bejn iż-żewġ pajjiżi. Il-President Meta rrefera wkoll għall-komunità mdaqqsa ta’ ċittadini Albaniżi f’Malta u wassal l-apprezzament ta’ pajjiżu għall-mod kif Malta laqgħethom matul is-snin.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President ta’ Malta jiltaqa’ mal-President tal-Kosovo u mal-President tal-Albanija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President ta’ Malta jiltaqa’ mal-President tal-Kosovo u mal-President tal-Albanija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President ta’ Malta jiltaqa’ mal-President tal-Kosovo u mal-President tal-Albanija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President ta’ Malta jiltaqa’ mal-President tal-Kosovo u mal-President tal-Albanija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow