Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Imniedi l-akbar pakkett ta' għotjiet finanzjarji għat-trasport

pr220291
Date Icon 02/03/2022

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi nedew l-akbar pakkett ta' għotjiet finanzjarji għat-trasport fil-forma ta' skemi favur l-ambjent u trasport sostenibbli b'total ta' madwar €20 miljun, li se jkunu disponibbli għall-pubbliku ġenerali fl-2022. Dan sar b'kollaborazzjoni mal-Awtorità Transport Malta fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali.

Il-Ministru Ian Borg qal, “Għal sena oħra konsekuttiva qed nerġgħu nassistu b'aktar inċentivi finanzjarji għall-familji Maltin sabiex jagħmlu użu minn mezzi ta' trasport aktar sostenibbli u effiċjenti. Dawn l-għotjiet huma dimostrazzjoni ta' gvern favur l-ambjent li b'impenn se nkomplu nagħmlu differenza sabiex nilħqu l-għan ewlieni tagħna li naħdmu b'mod diliġenti dwar is-suġġett ta' trasport alternattiv. Permezz ta' dan l-investiment se nkomplu ngħinu lin-nies sabiex il-bidla lejn il-mobbiltà elettrika ssir bl-aktar mod naturali u bl-inqas impatt fuq l-individwu. Għaldaqstant se nkomplu naħdmu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet u se nkomplu nippromwovi l-użu ta' vetturi elettriċi fis-settur privat kif ukoll f'dak kummerċjali."

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi spejga li dawn l-għotjiet qed jiġu ffinanzjati minn fondi Ewropej permezz tal-Pjan għall-Irkupru u Reżiljenza sabiex iħajru lill-pubbliku u lis-settur privat biex jinvestu f'karozzi li jaħdmu bl-elettriku. Dan il-pjan qed iwassal biex jiġu investiti €50 miljun fuq medda ta' tliet snin, sal-aħħar tal-2024. Dr Zrinzo Azzopardi qal li wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' dan l-investiment huwa li nnaqqsu l-emissjonijet mis-sistema tat-traffiku u b'hekk inkunu qed intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies, b'arja aktar nadifa.

Iċ-Ċermen ta' Transport Malta Joseph Bugeja semma li dawn il-grants, li ta' kull sena qed iżidu fl-ammonti tagħhom, se jkomplu jkunu ta' għajnuna kemm għall-familji kif ukoll għall-individwi li jagħżlu li jaqilbu għal vetturi li jħammġu mill-inqas. Huwa qal li sena wara oħra t-talba tan-nies qiegħda tinstema' u din tinsab xhieda fiż-żieda fl-ammont u anke fil-grants mis-sena l-oħra għal din is-sena.

L-applikazzjonijiet miftuħa u jistgħu jiġu aċċessati mis-sit elettroniku ta' Transport Malta. Għal aktar informazzjoni dwar l-għotjiet wieħed huwa mitlub li jżur is-sit elettroniku: https://www.transport.gov.mt/land/sustainable-transport/financial-incentives-2022-5440

B'kollox qed jitniedu total ta' disa' għotjiet li japplikaw mill-1 ta' Jannar 2022.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Imniedi l-akbar pakkett ta' għotjiet finanzjarji għat-trasport
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Imniedi l-akbar pakkett ta' għotjiet finanzjarji għat-trasport
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Imniedi l-akbar pakkett ta' għotjiet finanzjarji għat-trasport
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow