Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ: Il-komunità Ukrena f’Malta tiltaqa’ mal-Ministru Evarist Bartolo

pr220285
Date Icon 01/03/2022

Rappreżentanti tal-komunità Ukrena f'Malta esprimew l-apprezzament tagħhom għall-appoġġ massiv tal-gvern Malti u taċ-ċittadini Maltin lill-poplu Ukren f'dawn iż-żminijiet diffiċli, waqt laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej fil-Belt Valletta.

Id-delegazzjoni Ukrena, immexxija mis-Sinjura Anna Syurma, Assistent Konsulari fil-Konsulat tal-Ukrajna f'Malta, rringrazzjat lill-gvern Malti għall-għoti ta' assistenza medika lill-poplu Ukren u ddiskutiet ukoll arranġamenti potenzjali għall-ivvjaġġar għal dawk l-Ukreni li jkollhom bżonn jiġu Malta.

Il-Ministru Evarist Bartolo qal lid-delegazzjoni Ukrena li t-traġedja Ukrena mmobilizzat is-solidarjetà mal-poplu Ukren kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni Ewropea. Huwa żied jgħid li l-gvern Malti se jkompli jiddefendi l-interessi tal-poplu Ukren fil-fora internazzjonali kollha.

Is-Sinjura Anna Syurma, akkumpanjata mis-Sinjura Alexia Melkonyan u s-Sinjura Anna Turanska, rappreżentanti tal-komunità Ukrena f'Malta, qalet li l-komunità Ukrena f'Malta tinsab magħquda bit-tama li din it-traġedja tintemm dalwaqt. Qalu li din mhix aggressjoni mill-poplu Russu u li ta' kuljum ċittadini Russi  jikkuntattjawhom u jesprimu l-appoġġ tagħhom lill-poplu Ukren. Huma rringrazzjaw lill-poplu Malti u Għawdxi għall-għajnuna mogħtija, u qalu li lista ta' oġġetti meħtieġa fl-Ukrajna tista' tinkiseb mill-paġna ta' Facebook Honorary Consulate of Ukraine in Malta.

Għal-laqgħa attenda wkoll is-Sur John Debono, Ambaxxatur Mhux Residenti għall-Ukrajna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ: Il-komunità Ukrena f’Malta tiltaqa’ mal-Ministru Evarist Bartolo
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow