Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA B’risposta għall-Azzjoni Industrijali mħabbra mill-UĦM rigward l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

pr220284
Date Icon 01/03/2022

L-azzjoni industrijali mill-UĦM fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali huma barra minn lokhom għal numru ta’ raġunijiet. Il-Union taf għax huwa tagħrif pubbliku, li waqt kampanja elettorali ma jsirux negozjati ta’ ftehim kollettivi. Unions oħra saħansitra neħħew azzjonijiet li kellhom fis-seħħ f’dan il-perjodu.

L-azzjonijiet industrijali tal-UĦM jistunaw iktar meta l-andament tan-negozjati għall-ftehim kollettiv fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kienu qabdu ritmu pożittiv. Il-UĦM iżda xorta rat kif tordna azzjonijiet industrijali b’seħħ mill-lum it-Tlieta. 

Bħalma ġara fl-2017, malli ħareg ir-writ għall-Elezzjoni Ġenerali fis-26 ta’ Marzu 2022, ħafna proċessi fis-settur pubbliku jieqfu biex jitkomplew malli tgħaddi l-elezzjoni generali. In-negozjati għal ftehim kollettiv jieqfu lkoll. L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ra l-akbar allokazzjoni baġitjarja tul dawn l-aħħar snin, liema ammont kien jammonta għal żieda notevoli ta’ 78% fl-allokazzjoni tal-operat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, meta mqabbel mas-sena preċedenti, dan sabiex jiġi assigurat li dan l-Uffiċċju huwa mgħammar b’riżorsi adattati sabiex jindirizza l-ammont ta’ xogħol li għandu l-Uffiċċju li qiegħed dejjem jiżdied. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow