Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżur iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira u l-Klinika tal-Komunità ta’ Marsaxlokk

pr220283
Date Icon 01/03/2022

Il-President ta' Malta George Vella żar iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, li reġa' fetaħ wara li sarulu xogħlijiet ta' rinovazzjoni.

Matul iż-żjara, ġew spjegati lill-President is-servizzi ġodda li qed jingħataw minn dan iċ-ċentru, fejn jiġu assistiti mat-300 pazjent kuljum. Dawn jinkludu fiżjoterapija, klinika għas-saħħa tat-trabi u l-iżvilupp tat-tfal, u klinika ta' wara t-twelid. Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jaqdi l-ħtiġijiet tal-persuni li joqogħdu fiż-żona mill-Imsida sa Baħar iċ-Ċagħaq.

Il-President Vella żar ukoll il-Klinika fil-Komunità ta' Marsaxlokk.

Fi tmiem iż-żjara, il-President irrimarka li tul is-snin kien hemm titjib u żieda fl-għadd ta' servizzi fil-qasam tal-kura ta' saħħa primarja. Huwa ħeġġeġ lin-nies biex jagħmlu l-aħjar użu minn dawn is-servizzi bl-għan li jkollhom kontroll fuq saħħithom.

“Aħna dejjem konna ngħidu li tinduna b'marda kmieni huwa importanti għax issalva mhux biss l-ispejjeż għada pitgħada għall-pajjiż, imma qed tiġbed l-attenzjoni tal-pazjent biex joqgħod attent li jagħmel dak li jrid jagħmel ħalli jirranġa s-sitwazzjoni u mhux iħalliha tiggrava, imbagħad jinduna meta jkun tard wisq," qal il-President.

Fil-Klinika tal-Komunità f'Marsaxlokk, il-President kien akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżur iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira u l-Klinika tal-Komunità ta’ Marsaxlokk
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżur iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira u l-Klinika tal-Komunità ta’ Marsaxlokk
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżur iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira u l-Klinika tal-Komunità ta’ Marsaxlokk
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżur iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira u l-Klinika tal-Komunità ta’ Marsaxlokk
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżur iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira u l-Klinika tal-Komunità ta’ Marsaxlokk
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow