Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET: Madwar 2,500 siġra, arbuxell u pjanti fi proġett ta’ tħaddir fil-Ħamrun

pr220281
Date Icon 28/02/2022

Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, Aaron Farrugia, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet, Alex Muscat, żar ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa f’Misraħ is-Sebgħa ta’ Ġunju 1919 fil-Ħamrun. 

Hawnhekk tħawlu arbuxelli li se jkunu qed jagħmlu parti mir-roof garden li se jokkupa mal-500 metru kwadru. 

F’dan il-ġnien, flimkien mal-ġnien vertikali u ġnien li se jkun fil-parti ta’ isfel tal-proġett, se jkun hemm madwar 2,500 siġra, arbuxell u pjanti. Fil-fatt, diġà qed jispikkaw in-numru ta’ siġar maturi tal-ħarrub, taż-żebbuġ u tal-ballut fost l-oħrajn, li issa ser jibdew isaħħru din il-pjazza fil-Ħamrun. Dawn se jassorbu mad-900 kilogramma tad-dijossidu tal-karbonju mill-atmosfera filwaqt li se jipproduċu mas-660 kilogramma ta’ ossiġnu ekwivalenti għal 67 siġra. 

Bħalissa, qed jitħawlu 700 siġra, arbuxella u pjanta fuq ir-roof garden.

Il-Ministru Farrugia qal li din il-pjazza li kienet tintuża biss għall-parkeġġ se tissebbaħ permezz ta’ roof garden, ġnien vertikali u anke lift sabiex tkun aċċessibbli għal kulħadd. Dan kollu filwaqt li ser jinżamm l-istess spazju ta’ parkeġġ. Qal li dan il-proġett se jiswa madwar €1.5 miljun u se joffri spazju aħdar miftuħ biex b’hekk inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti li joqogħdu f’din iż-żona urbana. Dan il-proġett mistenni jitlesta fix-xhur li ġejjin. Il-Ministru Farrugia qal ukoll li qed iħares ’il quddiem għal iktar proġetti ta’ dan it-tip.

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat qal li dan il-proġett jagħmel parti minn sensiela ta’ proġetti simili ta’ tħaddir li qed jitwettqu fil-Mosta, f’Birkirkara, f’Ħal Qormi u f’Ħaż-Żabbar. Żied jgħid li dawn il-proġetti huma possibbli grazzi għall-għaqal li ħadem bih il-gvern biex attira l-investiment dirett barrani. Qal ukoll li għalkemm il-bżonn ta’ dawn il-proġetti ħadd ma jista’ jmerih, jibqa’ l-fatt li biex isiru realtà, dawn il-proġetti jeħtieġu jkunu finanzjati. “Permezz tal-investiment dirett barrani, dawn il-lokalitajiet se jkollhom pulmun aħdar, mingħajr ebda piż fuq it-tax payer”.

Dan hu wieħed minn diversi proġetti ta’ tħaddir fl-urban implimentati minn GreenServ u li qegħdin fi stadju avvanzat, filwaqt li għaddejjin il-preparamenti għat-tisqif tal-mini ta’ Santa Venera kif ukoll il-proġett maġġuri ta’ Triq Sant’Anna.

Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET: Madwar 2,500 siġra, arbuxell u pjanti fi proġett ta’ tħaddir fil-Ħamrun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET: Madwar 2,500 siġra, arbuxell u pjanti fi proġett ta’ tħaddir fil-Ħamrun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET: Madwar 2,500 siġra, arbuxell u pjanti fi proġett ta’ tħaddir fil-Ħamrun
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow