Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President iħeġġeġ lill-periti jiżguraw il-ġid komuni aktar milli gwadann fiż-żmien immedjat

pr220277
Date Icon 27/02/2022

Il-President ta' Malta George Vella attenda l-Malta Architecture and Spatial Planning Awards 2021, organizzati mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Fl-indirizz tiegħu, il-President appella lil dawk kollha li jaħdmu f'dan il-qasam biex ma jinjorawx il-parametri stabbiliti, kemm jekk strutturali, estetiċi, funzjonali jew ambjentali, u ħeġġiġhom jiżviluppawhom aktar u jżommuhom rilevanti għall-ħtiġijiet attwali.

Filwaqt li fakkar lill-periti li huma mhumiex biss periti tal-bini iżda wkoll periti tal-benesseri taċ-ċittadini, il-President ħeġġiġhom iżommu f'moħħhom li l-arkitettura kontemporanja hija l-wirt li se jħallu lill-ġenerazzjonijiet tal-futur.

Il-President irrimarka li l-periti, l-inġiniera, id-disinjaturi, l-amministraturi u l-leġiżlaturi, fl-oqsma rispettivi tagħhom, għandhom id-dmir li jiżguraw li fil-prattika ta' kuljum tagħhom iżommu quddiem għajnejhom il-ġid komuni aktar milli kwalunkwe gwadann fl-immedjat li fuq perjodu ta' żmien itwal ikun ta' benefiċċju biss għall-interessi personali u settorjali. Żied jgħid li dan il-ħsieb u din il-metodoloġija japplikaw għall-proġetti kollha.

“Is-sottomissjonijiet kollha għal dan il-premju huma xhieda li huwa possibbli li tinstab armonija bejn l-estetika, il-funzjoni, il-forma, l-innovazzjoni, l-effiċjenza, il-prestazzjoni u l-prattikalità ta' kull disinn, filwaqt li jiġi rispettat l-ambjent naturali, mibni jew storiku tal-madwar," qal il-President.

Filwaqt li feraħ lin-nominati u lir-rebbieħa kollha, il-President ħeġġiġhom jaħsbu dwar il-futur u awguralhom li l-proġetti tagħhom isebbħu l-madwar u jnisslu sens ta' kburija.

Fil-bidu tal-avveniment, il-President tenna l-kundanna tiegħu għall-azzjoni militari u l-agressjoni fl-Ukrajna. Fl-ewwel okkażjoni li jitkellem fil-pubbliku mill-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna, il-President irrakkomanda li d-diskussjoni terġa' lura madwar il-mejda u li tiġi segwita t-triq tad-diplomazija. Huwa appella biex inżommu f'moħħna lill-poplu Ukren u t-tbatija li għaddej minnha.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President iħeġġeġ lill-periti jiżguraw il-ġid komuni aktar milli gwadann fiż-żmien immedjat
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President iħeġġeġ lill-periti jiżguraw il-ġid komuni aktar milli gwadann fiż-żmien immedjat
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President iħeġġeġ lill-periti jiżguraw il-ġid komuni aktar milli gwadann fiż-żmien immedjat
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow