Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI: Is-servizz tal-Community Policing estiż għal Għawdex kollu u seba’ lokalitajiet oħra f’Malta – F’sentejn, dan is-servizz qed jopera fi 63% tal-ibliet u l-irħula Maltin

pr220276
Date Icon 27/02/2022

Is-servizz tal-Community Policing qed ikun estiż f'Għawdex kollu u f'seba' lokalitajiet oħra f'Malta: Santa Luċija, Raħal Ġdid, San Pawl il-Baħar, Ħal Lija, L-Iklin, Ħ'Attard, u Ħal Balzan. Dan ifisser li issa dan is-servizz qed jopera fi 63% tal-ibliet u l-irħula Maltin.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri spjega li bis-servizz tal-Community Policing qed ikollna pulizija iżjed proattivi, u iżjed qrib in-nies. Dan kollu hu inkorporat fil-viżjoni li l-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija joperaw fil-qalba tal-komunità, filwaqt li jaħdmu id f'id mas-soċjetà inġenerali. 

“Irridu li f'pajjiżna jibqa' jkollna komunitajiet siguri, u permezz tas-servizz tal-Community Policing dan kollu qed ikun sostnut", qal il-Ministru Camilleri, filwaqt li qal li l-gvern se jkompli għaddej jinvesti fil-Korp tal-Pulizija bil-għan li Malta tibqa' fost l-aktar pajjiżi siguri fid-dinja.

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Mario Fava tkellem dwar kif is-servizz tal-Community Policing intlaqa' tajjeb fil-lokalitajiet li minnu diġà qed jopera. Hu qal li l-pulizija qed jifhmu ferm aħjar ir-realtajiet uniċi li joffru l-lokalitajiet differenti Maltin u Għawdxin, filwaqt li anke jħares 'il quddiem biex dan is-servizz jinfirex madwar il-pajjiż.

Il-proġett tal-Community Policing se jkompli jkun estiż madwar Malta kollha sal-2023.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI: Is-servizz tal-Community Policing estiż għal Għawdex kollu u seba’ lokalitajiet oħra f’Malta – F’sentejn, dan is-servizz qed jopera fi 63% tal-ibliet u l-irħula Maltin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI: Is-servizz tal-Community Policing estiż għal Għawdex kollu u seba’ lokalitajiet oħra f’Malta – F’sentejn, dan is-servizz qed jopera fi 63% tal-ibliet u l-irħula Maltin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI: Is-servizz tal-Community Policing estiż għal Għawdex kollu u seba’ lokalitajiet oħra f’Malta – F’sentejn, dan is-servizz qed jopera fi 63% tal-ibliet u l-irħula Maltin
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow