Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: Elezzjoni Ġenerali – 26 ta’ Marzu, 2022: Tqassim ta’ dokumenti għall-votazzjoni minn uffiċjali tal-Pulizija

pr220275
Date Icon 27/02/2022

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-eletturi kollha ta' Malta u Għawdex li isimhom jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali ppubblikat, jiġifieri dak tal-25 ta' Frar, 2022,  suġġett għal żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Uffiċjal Reviżur, illi uffiċjali tal-Pulizija se jibdew iqassmu d-dokumenti għall-votazzjoni minn nhar it-Tnejn, 28 ta' Frar, 2022. It-tqassim se jsir kuljum bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn it-3.00 p.m. u d-9.00 p.m., sa nhar il-Ġimgħa l-11 ta' Marzu, 2022.

Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi d-dokumenti għall-votazzjoni se jitqassmu biss fl-indirizz fejn il-votant huwa reġistrat. Għaldaqstant huwa importanti li fid-dar ikun hemm xi persuna responsabbli u li ma tkunx taħt is-16-il sena u hija qariba jew/u toqgħod jew taħdem fl-istess indirizz hemmhekk  biex  tirċievi u tiffirma għad-dokumenti għall-votazzjoni.  

Il-ligi elettorali tippermetti li rappreżentanti tal-partiti politiċi jakkumpanjaw lill-uffiċjali tal-Pulizija waqt it-tqassim ta' dawn id-dokumenti. Dawn se jkunu provduti b'Biljett ta' Awtorizzazzjoni maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali sabiex jintwera meta jkun hemm il-ħtieġa.

Id-dokument għall-votazzjoni għandu jinżamm f'post sigur għax mingħajru ħadd ma jkun jista' jivvota f'jum il-votazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow