Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru jinawgura Dar Madonna Ta’ Pinu f’Għajnsielem

pr220274
Date Icon 27/02/2022

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura Dar Madonna ta' Pinu f'Għajnsielem, Għawdex, dar residenzjali fil-komunità Għawdxija għal persuni b'diżabilità b'investiment ta' €800,000.

Din ir-residenza hi mmexxija minn Fondazzjoni Arka, li b'investiment ta' €400,000, xtrat u rranġat din ir-residenza sabiex tkun abitabbli. Min-naħa tiegħu, il-Gvern, permezz ta' Aġenzija Sapport, investa €400,000 oħra fuq medda ta' tliet snin biex issir is-superviżjoni u l-assessjar tal-persuni b'diżabilità li jagħmlu użu minn dan is-servizz.

Din ir-residenza tilqa' sa ħames residenti rġiel u nies, kollha adulti. Il-persuni li jgħixu f'din id-dar huma kollha semi-indipendenti u huma kollha Għawdxin.

Il-Prim Ministru Robert Abela tenna l-importanza ta' proġetti bħal dawn, biex persuni b'diżabilità jibqgħu jgħixu fil-komunità.

“Il-ħajja u s-sehem attiv fil-komunità huma t-triq 'il quddiem biex niżguraw inklużjoni vera. Huwa għalhekk li proġetti bħal dawn se jibqgħu jsibu l-investiment tal-gvern. Filwaqt li jeħtieġ li nkomplu nibnu djar residenzjali ġodda fil-komunitajiet għal persuni b'diżabilità, qed ninvestu f'aktar servizzi ġodda ta'assistenza personali u skemi li bihom persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu ħajja attiva fil-komunità li trabbew fiha."

Min-naħa tagħha, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli qalet li dan l-investiment ikompli jibni fuq id-diversi inizjattivi li saru biex persuni b'diżabilità jkollhom ħajja dejjem aktar indipendenti.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li dan il-gvern għamel investimenti kbar fis-settur soċjali f'pajjiżna u mhux b'inqas f'Għawdex.

“Bħala Ministeru għal Għawdex, ħdimna ma' diversi organizzazzjonijiet, fosthom ma' Fondazzjoni Arka, sabiex inkunu ta' spalla ma' min l-aktar jeħtieġ fis-soċjetà, hekk għamilna u hekk se nkomplu nagħmlu," qal il-Ministru Camilleri.

Hu fakkar fil-ħidma konġunta li saret matul dawn l-aħħar snin, fejn Dar Arka bbenefikat minn bosta inizjattivi ewlenin, fostom il-ftehim li sar f'Ġunju, fejn il-Fondazzjoni ngħatat xejn inqas minn €2.12 miljun.

Fondazzjoni Arka, li tmexxi din id-dar, għandha wkoll żewġ residenzi oħra li huma Dar Arka li toffri servizz residenzjali u respite kif ukoll Dar Ġublew tal-Ħniena li hija wkoll dar residenzjali.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru jinawgura Dar Madonna Ta’ Pinu f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru jinawgura Dar Madonna Ta’ Pinu f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru jinawgura Dar Madonna Ta’ Pinu f’Għajnsielem
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow