Left arrow Go Back

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX €6 miljun investiment fin-network ta’ New Water f’Għawdex hekk kif aktar dispensers qed jiġu installati

pr220273
Date Icon 26/02/2022

B'investiment ta' €6 miljun il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b'ħidma fin-network tan-New Water  f'Għawdex. Dan it-tkabbir qed isir f'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex biex aktar bdiewa jibbenefikaw minn New Water li jintuża għal tkabbir ta' frott u ħxejjex.

Preżentement n-network għaddej minn Għajnsielem sa Kerċem, filwaqt li  għaddej xogħol biex ikompli jinfirex għal total ta' 9km. Grazzi għal dawn l-investiment se jkun hemm 60 dispenser fil-gżira Għawdxija.

Dan ġie mħabbar mil-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma Ivan Falzon waqt żjara tax-xogħolijiet li qed isiru f'Santa Luċija, Kerċem Għawdex.

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat kif il-Korporazzjoni għaddejja b'ħidma biex tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ilma, fejn diversi ġibjuni qed jiġu msaqqfa biex b'hekk jiġi kontrollat in-network f'żoni rurali li se jkopri aktar minn 40km b'madwar 200 dispenser ta' New Water f'Malta u Għawdex.

“Bħala Gvern qed inkomplu naħdmu biex inwasslu New Water lil aktar bdiewa u raħħala biex b'hekk ikunu jistgħu jużawh għat-tisqija. In-New Water qed ikun sors essenzjali fejn il-bdiewa qed jibbenefikaw minn provvista ta' ilma b'salinita baxxa li tipprovdi ħxejjex ta'  kwalità  u produzzjoni akbar u  aktar varjata," qalet il-Ministru Dalli.

“L-aspett rurali f'Għawdex għadu wieħed b'saħħtu u dan ġie ikkonfermat mill-aħħar statistika maħruġa fil-bidu ta' Frar mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika. It-tibdil fil-klima hu fenomenu li ma jistax jiġi injorat u kien għalhekk li l-Gvern, permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, qed tespandi n-network tas-second class water biex tipprovdi dan ir-riżors essenzjali lill-bdiewa tagħna," spjega Minister Clint Camilleri.

Il-Ministru Camilleri fakkar li dan m'hux l-uniku investiment li sar Għawdex f'dan ir-rigward hekk kif matul l-aħħar snin tnaddfu xi widien biex aktar ilma jiġi maħżun filwaqt ġie nawgurat ġibjun għall-ħażna tal-ilma tax-xita, liema ilma ser ikun jista' jintuża mill-bdiewa.

“Il-WSC se tkompli tinvesti fl-infrastruttura tagħha biex tkompli tikkontribwixxi favur ekonomija ċirkolari, issaħħaħ l-ambjent ta' madwarna u fl-istess ħin toffri sapport lil industrija tal-biedja. Matul l-aħħar sentejn irdopjajna l-ammont ta' New Water li pproduċejna, imma l-miri tagħna huma ferm iżjed ambizzjużi. Dan l-investiment fin-networks li rajna illum jikkonferma l-impenn li għandna. Fondi Ewropej ma fondi nazzjonali li verament qed jagħmlu titjib għal ġid komuni," qal il-Kap Ezekuttiv Ivan Falzon.

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX €6 miljun investiment fin-network ta’ New Water f’Għawdex hekk kif aktar dispensers qed jiġu installati
STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX €6 miljun investiment fin-network ta’ New Water f’Għawdex hekk kif aktar dispensers qed jiġu installati
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow