Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea dwar l-invażjoni tal-Ukrajna

pr220272
Date Icon 25/02/2022

Illum issejħet laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea biex jiġu diskussi l-aħħar żviluppi wara l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ukren Dmytro Kuleba kien mistieden ukoll biex jiskambja fehmiet mal-ministri tal-affarijiet barranin Ewropej.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kkundanna bil-qawwa dan l-att ta' aggressjoni kontra s-sovranità tal-Ukrajna u l-poplu tagħha, u appella għall-waqfien kollu tal-ostilitajiet.

Il-Ministru Bartolo, bħall-ministri l-oħra tal-UE, esprima messaġġ qawwi ta' solidarjetà li għandu jitwassal lill-poplu tal-Ukrajna quddiem aggressjoni mhux ipprovokata. Il-Ministru Bartolo żied jgħid li, “Minkejja l-għadab u l-kundanna tagħna, irid jitħalla bieb miftuħ għad-djalogu".

Il-Ministru Bartolo saħaq ukoll fuq l-importanza li r-Russja tosserva l-liġi umanitarja internazzjonali u tippermetti aċċess u assistenza umanitarja sigura u mingħajr xkiel lill-persuni kollha fil-bżonn.

Il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin approva pakkett addizzjonali ta' miżuri restrittivi, li ntlaħaq qbil dwarhom ilbieraħ mill-mexxejja tal-UE waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea dwar l-invażjoni tal-Ukrajna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea dwar l-invażjoni tal-Ukrajna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea dwar l-invażjoni tal-Ukrajna
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow