Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – 26 ta' Marzu, 2022

pr220270
Date Icon 25/02/2022

Nomini ta' Kandidati

Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw illi se jirċievu n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali ta' Membri tal-Kamra tad-Deputati minn nhar l-Erbgħa t-2 sal-Ħadd is-6 ta' Marzu, 2022. Il-ħinijiet huma mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sas-7.00 p.m.  

Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom  online permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations jew personalment fl-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar. 

Il-kandidati huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom, u li l-parti ta' fuq tal-formola tan-nomina għandu jkollha d-dettalji tal-kandidat skont kif jidhru fir-Reġistru Elettorali li ġie ppubblikat illum il-25 ta' Frar, 2022. F'każ li l-formola tan-nomina tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta' mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma' kull nomina għandu jsir depożitu ta' €90. 

Gwida ġenerali għall-kandidati prospettivi tista' tinstab fuq il-website www.electoral.gov.mt.

Il-formoli tan-nomini tal-kandidati jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali mil-lum u matul il-ġranet tan-nomini fil-ħinijiet imsemmija, u jistgħu jitniżżlu mill-website tal-Kummissjoni Elettorali minn https://electoral.gov.mt/Media/Default/Election2022/NominationsForm.pdf

Oġġezzjonijiet għan-nomini jintlaqgħu wkoll fl-imsemmi uffiċċju, fil-ġranet u matul il-ħinijiet speċifikati għan-nomini, kif ukoll nhar it-Tnejn is-7 ta' Marzu, 2022, fl-istess ħinijiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow