Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Reġistru Elettorali ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern

pr220269
Date Icon 25/02/2022

Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lil kulħadd li għadu kif ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-25 ta' Frar, 2022, ir-Reġistru Elettorali rivedut li fuqu hija bbażata l-Elezzjoni Ġenerali li se ssir fis-26 ta' Marzu, 2022.  Kull min kellu l-kwalifiki meħtieġa biex ikun reġistrat bħala votant skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap.354), sad-data tal-għeluq, l-20 ta' Frar, 2022, u ismu ma ġiex inkluż fir-Reġistru, u kull votant li ismu, l-indirizz jew xi partikolaritajiet tiegħu mhumiex murija b'mod korrett, għandu, skont l-artikoli 39 u 42 tal-Att dwar l-Elezzjoni Ġenerali, sa nhar is-Sibt, 12 ta' Marzu, 2022, sabiex jagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur biex ismu jiġi inkluż jew issirlu korrezzjoni fil-partikolaritajiet tiegħu fir-reġistru elettorali.

Kull votant reġistrat li;

  1. Jgħid li, minħabba xi raġuni legali, l-isem ta' xi persuna għandu jinqata' barra mir-reġistru għax din m'għandhiex il-kwalifiki meħtieġa; jew
  2. Jgħid li l-isem, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra rispettivi ta' xi persuna mhumiex murija b'mod korrett fir-reġistru;

jista' wkoll, skont l-artikoli 40 u 42 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, jagħmel appell għal dan l-għan lill-Uffiċjal Reviżur, sa nhar is-Sibt, 12 ta' Marzu, 2022.

Kull persuna li tixtieq tagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur tista' tikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali.  Kulħadd huwa mfakkar dwar l-importanza li jivverifika li ismu ġie inkluż fir-Reġistru Elettorali. Jekk dan ma jsirx jista' jiġri li persuna ma tkunx intitolata għall-vot fl-Elezzjoni Ġenerali li se ssir nhar is-Sibt, 26 ta' Marzu, 2022.

Ir-Reġistru tal-Elezzjoni Ġenerali huwa disponibbli fl-Uffiċċju Elettorali.  Wieħed jista' jara wkoll jekk hux reġistrat bħala votant f'dan ir-reġistru billi jidħol online fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni Elettorali, www.electoral.gov.mt, fis-sezzjoni “Pubblikazzjonijiet" u jagħżel il-buttuna “Nista' nivvota?"

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow