Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali mal-Fondazzjoni Richmond ta’ aktar minn €900,000

pr220267
Date Icon 25/02/2022

Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal ġedded ftehim eżistenti mal-Fondazzjoni Richmond li se jlaħħaq id-€913,140 fuq medda ta’ tliet snin. Dan l-ammont ikopri żewġ ftehimiet separati, fejn ftehim minnhom jinkorpora skema ta’ appoġġ ta’ housing u l-ieħor se jkun qed jassisti finanzjarjament fit-tmexxija ta’ Villa Chelsea.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet minn Dr Lydia Abela flimkien mal-Ministru Michael Falzon.

L-ewwel ftehim ta’ €111,600 se jmur għal skema ta’ appoġġ għal 31 appartament, li fihom joqogħdu 67 persuna. Hawnhekk jingħataw servizzi lil persuni bi problemi ta’ saħħa mentali. Jingħata wkoll appoġġ fiżiku, psiko-soċjali u soċjo-legali, fost oħrajn. 

It-tieni ftehim jinkorpora t-tmexxija ta’ Villa Chelsea. Hawnhekk il-Fondazzjoni Richmond tagħti servizz ta’ appoġġ psikoloġiku 24 siegħa kuljum. L-għan huwa li kull persuna tasal f’punt li tintegra lura fil-komunità. Il-ministeru se jkun qed jalloka €801,540 għall-perjodu ta’ dan il-ftehim.

Dr Lydia Abela ddeskriviet dawn il-ftehimiet bħala parti minn kullana ta’ proġetti li jkomplu jitfgħu dawl fuq l-isforzi li qed nagħmlu bħala pajjiż biex nagħrfu l-importanza li kull persuna tieħu ħsieb is-saħħa mentali tagħha. 

“Irridu nkunu aħna stess bħala individwi li b’għemilna naraw li min jaqa’ lura fis-soċjetà nerġgħu nagħtuh id-dinjità li  jixraqlu. Dawn il-ftehimiet tal-lum huma għodda oħra li se jikkontribwixxu lejn dawn l-isforzi sabiex verament inkunu qegħdin nindirizzaw dawn il-ħtiġijiet u nżommu s-saħħa mentali fuq l-aġenda nazzjonali b’mod ħaj u effettiv, u li bihom nibqgħu nħossu l-polz tal-poplu,” stqarret Dr Lydia Abela.

“Tul dawn il-ħames snin, dan il-gvern għamel revoluzzjoni f’dan il-qasam, li qabel l-2013 qas biss kien hawn għarfien dwaru. Xhieda ta’ dan l-impenn hija ż-żieda qawwija li kien hemm fl-għadd ta’ ftehim bi sħubija ma’ għaqdiet volontarji li l-ministeru daħal għalihom f’dawn l-aħħar seba’ snin.  Fl-2013 kien hemm biss tliet ftehim ta’ din ix-xorta b’nefqa ta’ anqas minn miljun ewro. Din is-sena l-għadd ta’ ftehim tela’ għal ħamsin bi stima ta’ nefqa ta’ 18-il miljun ewro,” temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali mal-Fondazzjoni Richmond ta’ aktar minn €900,000
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali mal-Fondazzjoni Richmond ta’ aktar minn €900,000
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ftehim soċjali mal-Fondazzjoni Richmond ta’ aktar minn €900,000
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow