STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI Assistenza umanitarja mill-Gvern Malti lill-poplu tal-Ukrajna
B’rabta mal-iżviluppi li qed iseħħu fl-Ukrajna, il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħabbar li ser ikun qed jibgħat assistenza umanitarja lill-poplu Ukren permezz tal-mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili.
Issa ser ikun qed jibda il-proċess li jintuża mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bih pajjiżna jassisti pajjiżi barranin li jkollhom bżonn għajnuna umanitarja urġenti.
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri spjega li għal darba oħra Malta se tkun qed toffri assistenza umanitarja urġenti lill-popli ta’ pajjiżi oħra li jkunu għaddejjin minn ċirkostanzi diffiċli.
“Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jerġa’ jkun fuq quddiem fil-koordinament ta’ din it-tip ta’ għajnuna lil pajjiżi oħra. Bis-saħħa ta’ din il-ħidma, pajjiżna ser jingħaqad ma’ ħafna Stati Membri oħra li qed jibagħtu l-għajnuniet lill-Ukrajna f’dan il-mument diffiċli”, qal il-Ministru Camilleri.
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950