Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Ġenerali – 26 ta’ Marzu, 2022

pr220262
Date Icon 24/02/2022

Votazzjoni Bikrija

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-votanti li jixtiequ jivvutaw ġimgħa qabel il-jum stabbilit għall-votazzjoni, minħabba każijiet ta' safar jew sptar, illi jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar jew fi 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, min-nhar it-Tnejn it-28 ta' Frar, 2022, biex jieħdu l-ġurament stipulat.  Il-ħinijiet huma:

Mit-Tnejn sal-Ħadd:              mit-8.00 a.m. sas-2.00 p.m. u

                                                mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m.

Iżda kulħadd huwa avżat illi t-terminu legali biex isiru dawn l-applikazzjonijiet bil-ġurament huwa sa' nofsinhar tal-Ġimgħa, it-18 ta' Marzu, 2022.

Kull applikant għandu jġib il-karta tal-Identita' tiegħu.

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li jikkwalifikaw biex jivvotaw fid-19 ta' Marzu illi jrid ikollhom id-dokument tal-vot u li dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.

Il-Kummissjoni Elettorali tavża wkoll li ser tkun qed tinħareġ stqarrija oħra bid-dettalji ta' x'għandu jsir fil-każ ta' votanti li jixtiequ jieħdu l-ġurament waqt li qegħdin barra minn Malta.

advancedvoting.electoral@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow