STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Qed ikun ippubblikat kumment tal-Prim Ministru, Robert Abela, fid-dawl tal-aħħar żviluppi u l-aggressjoni fuq l-Ukrajna.
“It-tensjoni fl-Ukrajna u l-intelliġenza dwar il-possibbiltà ta’ attakk militari ilha tippersisti. Iżda, ix-xeni li qed naraw bħalissa huma ta’ swied ta’ qalb. L-attentat ta’ invażjoni ta’ partijiet mill-lvant tal-Ukrajna u li qed jiġu rrappurtati eqreb lejn il-punent f’Kyiv, dejjem xtaqna li ma narawx bħalhom. It-triq li dejjem ħdimna fiha, jiġifieri dik tad-diplomazija biex naslu għal soluzzjoni u nissalvagwardjaw il-paċi bid-djalogu, hi r-rotta li konna u nibqgħu nippreferu. Dejjem insistejna li d-djalogu u tiftix tas-soluzzjonijiet hu aħjar minn kwalunkwe kunflitt. Bħala mexxejja ewropej se niltaqgħu fi Brussell iktar tard illum. Se nibqgħu nagħtu l-appoġġ u nuru solidarjetà mal-Ukrajna. Dan filwaqt li nikkundannaw kwalunkwe aggressjoni jew theddida fuq l-integrità u s-sovranità territorjali ta’ dan l-Istat.”
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950