Left arrow Mur Lura

​ STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Tnedija tal-ktieb ‘1921 Self-Government in Malta 1921-1933’

pr220255
Date Icon 23/02/2022

Ġie mniedi fil-Każin Malti l-ktieb ‘1921 Self-Government in Malta 1921-1933’, kitba tal-Professur Dominic Fenech fl-okażżjoni ta’ għeluq il-mitt sena minn meta Malta ngħatat il-kostituzzjoni tal-1921.

Matul din l-okkażjoni, l-Ispeaker irringrazzja lill-awtur u lil kull min ikkontribwixxa għal din il-pubblikazzjoni li għandha sservi ta’ referenza importanti għall-istudenti, studjużi u kull min tinteressah l-istorja demokratika ta’ pajjiżna. Huwa rrimarka li l-kostituzzjoni tal-1921 kienet il-bidu ta’ vjaġġ meħtieġ u importanti. Dan ma jfissirx li l-istess vjaġġ kien kollu ward u żahar. L-Ispeaker għamel referenza għal diversi episodji fil-perjodu li jkopri dan il-ktieb, inkluż l-irwol tal-knisja fil-kwistjoni politiko-reliġjuża li nqalgħet lejn l-aħħar tas-snin għoxrin.

L-Ispeaker għalaq l-intervent tiegħu billi fakkar li d-demokrazija mhijiex strument statiku, però hija għodda li tevolvi matul iż-żmien. Huwa qal li dawn l-avvenimenti, u l-problemi li ħabbat wiċċu magħhom pajjiżna matul it-triq sabiex akkwistajna d-demokrazija, għandhom jiftħulna għajnejna u minnhom nieħdu tagħlima sabiex id-demokrazija f’pajjiżna tibqa’ tissaħħaħ.

​ STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Tnedija tal-ktieb ‘1921 Self-Government in Malta 1921-1933’
​ STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Tnedija tal-ktieb ‘1921 Self-Government in Malta 1921-1933’
​ STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Tnedija tal-ktieb ‘1921 Self-Government in Malta 1921-1933’
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow