Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Kwart ta’ miljun f’investiment għal enerġija rinnovabbli fuq binjiet tal-Gvern

pr220254
Date Icon 22/02/2022

B'investiment ta' €250,000 se tkun qed tinħareġ sejħa biex madwar għaxar binjiet governattivi jibbenefikaw minn pannelli fotovoltajiċi.  Kull applikazzjoni se tkun qed tilħaq il-massimu ta' madwar 15kWp.

Għalhekk Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet pubbliċi li jkunu interessati għandhom jissottomettu Espressjoni ta' Interess, fejn qed jiġu allokati €25,000 għal kull proġett.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Enerġija u Ilma Manuel Sapiano.

“Din l-inizjattiva se tkompli tippromwovi l-enerġija rinnovabbli, filwaqt li tingħata viżibilità aħjar lis-settur pubbliku biex bħala pajjiż inkomplu nimxu 'l quddiem lejn id-dekarbonizazzjoni. Permezz ta' din l-inizjattiva qed jiġi stmat li se jiġu ġġenerati madwar 240MWh fis-sena, fejn se jkunu qed jiġu ffrankati madwar 100 tunellata t'emissjonijiet ta' CO2 fis-sena," irrimarkat il-Ministru Dalli.

Il-Ministru Dalli żiedet tgħid li s-servizz pubbliku qed ikun ta' eżempju għall-qalba lejn enerġija rinnovabbli biex b'hekk tiġi ġġenerata enerġija minn sorsi rinnovabbli. “Qed inkomplu nassiguraw stabbilità, filwaqt li nindirizzaw it-tibdil fil-klima, biex b'hekk inkomplu ntejbu kwalità ta' arja aħjar," kkonkludiet il-Ministru Miriam Dalli.

L-iskema mħabbra se tkun qed tikkontribwixxi wkoll lejn il-kisba tal-miri ta' Malta dwar l-Enerġija Rinnovabbli hekk kif stabbiliti fil-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u Klima, fejn il-binjiet pubbliċi huma identifikati mill-istess pjan bħala riżorsa importanti għall-installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli.

Din l-inizjattiva, Malta se tolqot tliet miri tal-Ġnus Magħquda għall-Iżvilupp Sostenibbli:

•           SDG7 – Enerġija Nadifa u Affordabbli

•           SDG 13 – Miżuri Urġenti fil-Ġlieda Kontra t-Tibdil fil-Klima u l-Effetti tiegħu

STQARRIJA MIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI Kwart ta’ miljun f’investiment għal enerġija rinnovabbli fuq binjiet tal-Gvern
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow