Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Imnedija ‘Irrinova Darek’ – skema biex ittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija

pr220248
Date Icon 21/02/2022

Skema pilota bl-isem ta' 'Irrinova Darek' ġiet imnedija biex tħeġġeġ ir-riġenerazzjoni sostenibbli ta' bini residenzjali fil-gżejjer Maltin.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Kostruzzjoni Chris Agius u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) Karl Azzopardi.

Din l-iskema mill-BCA, hija disponibbli għar-rinnovar ta' proprjetajiet fid-distrett tal-Port il-Kbir peress li dawn il-lokalitajiet jinkludu bini li fil-maġġoranza huwa ineffiċjenti fl-enerġija u jippreżenta sfidi partikolari biex issir ir-riġenerazzjoni tiegħu. 

Il-Ministru Farrugia qal li l-gvern se jkun qed jalloka s-somma ta' €600,000 għal din l-inizjattiva, li hi maħsuba biex tibda tindirizza l-miri nazzjonali ta' rinnovar ta' residenzi privati f'konformità mal-Long-Term Renovation Strategy. Din l-ewwel skema għandha taġixxi bħala bażi għal aktar skemi potenzjali. Il-Ministru Farrugia qal li skemi bħal dawn huma parti mit-tranżizzjoni ekoloġika tal-gvern u bidla lejn id-dekarbonizzazzjoni u bini aktar sostenibbli f'Malta.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius spjega li din l-iskema pilota se tassisti lin-nies biex jinvestu f'enerġija nadifa, li tippermettilhom jiffrankaw il-flus u jikkontribwixxu għall-isforzi kontinwi tal-pajjiż biex sal-2050 l-istokk tal-bini f'Malta jsir prattikament newtrali għall-klima. “Aħna impenjati li nkomplu naħdmu fuq l-aħjar miżuri għal enerġija aktar nadifa u orħos. Se nkomplu nżommu l-familji fil-qalba tal-politika tagħna filwaqt li nedukaw lin-nies b'mod li jgħin biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fi djarhom", qal is-segretarju parlamentari.

Waħda mill-karatteristiċi ewlenin tar-rinnovar hija li jkun hemm prestazzjoni tal-enerġija li hija 20% aħjar minn Nearly Zero Energy Buildings. Karatteristiċi ewlenin oħra jinkludu t-tnaqqis fl-użu tal-enerġija meħtieġa biex issaħħan u tkessaħ proprjetà, kif ukoll, li tippermetti l-integrazzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

“Irrinova Darek tippermetti li r-rinnovar tad-djar jilħaq l-għanijiet doppji li titnaqqas il-ħtieġa għal użu kbir ta' enerġija fid-djar u li dawn jinbidlu f'cost-effective unitsli jkunu sostnuti mill-familji. Ir-rinnovar jista' jitfassal għall-bżonnijiet speċifiċi tad-dar u huwa flessibbli għall-mod kif jiġu attwati ċerti miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija, kif jiġu integrati sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u interventi assoċjati", qal il-Kap Eżekuttiv tal-BCA Karl Azzopardi.

L-applikanti huma mħeġġa jirreġistraw l-interess tagħhom biex japplikaw għall-iskema mal-BCA. Mar-reġistrazzjoni, l-applikanti eliġibbli jiġu infurmati biex jipproċedu għall-ingaġġ ta' energy performance assessor reġistrat għad-djar biex jipproċedi bil-ġbir tad-data, jiġbor informazzjoni u jissottometti l-applikazzjoni sħiħa.

L-applikazzjonijiet se jintlaqgħu mill-1 ta' Marzu sal-1 ta' April 2022.

Mat-tlestija tax-xogħlijiet, sa 90% tal-ispiża tal-proġett se titħallas skont l-evalwazzjoni mwettqa mill-BCA. Ir-rifużjoni massima hija ta' €15,000 b'€900 addizzjonali għall-installazzjoni ta' solar water heater jew heat-pump water heater. Ir-rifużjoni massima għax-xogħlijiet li jinvolvu l-installazzjoni ta' solar water heater hija ta' 50% tal-ispiża.

Permezz tal-iskema 'Irrinova Darek', il-BCA għandha tkompli l-mixja tagħha biex tirriforma l-industrija tal-bini u l-kostruzzjoni billi tibni soċjetà aktar sostenibbli għal kulħadd.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Imnedija ‘Irrinova Darek’ – skema biex ittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR Imnedija ‘Irrinova Darek’ – skema biex ittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow