Left arrow Go Back

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-INFORMAZZJONI Elezzjoni Ġenerali 2022 – Arranġamenti għall-ivvjaġġar għal Maltin barra mill-pajjiż

pr220247
Date Icon 21/02/2022

Qed isiru arranġamenti għall-ivjaġġar għal votanti eliġibbli li joqgħodu barra mill-pajjiż biex ikunu jistgħu jivvotaw f’Malta fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss fis-26 ta’ Marzu 2022. 

Għal dan l-għan, l-Air Malta se tipprovdi biljett bir-ritorn fuq servizzi skedati regolari tagħha b’noll ta €90 – inklużi t-taxxi u spejjeż oħrajn – għal persuni li huma eliġibbli li jivvotaw f’Malta fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.  Il-bookings jistgħu jsiru fil-call centre tal-Air Malta fuq in-numru speċifiku (+356) 21418118. Iċ-ċentru se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-8.00am sad-9.00pm mill-Ħamis 24 ta’ Frar 2022 fit-8.00 ta’ filgħodu.

L-ivjaġġar lejn Malta hu possibbli mis-16 ta’ Marzu u s-26 ta’ Marzu 2022, u r-ritorn mis-26 u t-30 ta’ Marzu 2022 (dati inklużi). Dawk il-persuni li jagħżlu li jivvutaw kmieni fid-19 ta’ Marzu 2022 jistgħu jivvjaġġaw lejn Malta mis-16 sat-18 ta’ Marzu biex ikunu jistgħu japplikaw l-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar sa mhux aktar tard minn 12.00pm tat-18 ta’ Marzu 2022. Huma jistgħu jivvjaġġaw lura mid-19 ta’ Marzu 2022, iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu 2022.

Dawn l-arranġamenti tal-ivvjaġġar huma disponibbli għal: 

(a)  votanti eliġibbli, inklużi dawk miżżewġa lil barranin, dawk li qed jistudjaw, li  jaħdmu jew li għaddejjin minn trattament mediku barra mill-pajjiż; u

(b)   dipendenti tal-persuni msemmija f’(a) hawn fuq. 

Dawk il-persuni li tapplika għalihom din id-direttiva huma votanti li isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali ppubblikat fi żmien ħamest ijiem mill-pubblikazzjoni tar-Writ tal-Elezzjoni Ġenerali. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow