Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Jiġu installati l-ewwel frequency converters tal-Grand Harbour Clean Air Project

pr220238
Date Icon 19/02/2022

L-aġenzija Infrastructure Malta installat l-ewwel tliet frequency converters bħala parti mill-Grand Harbour Clean Air Project.

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg, waqt żjara li saret fis-sit fejn jinsabu installati dawn il-frequency converters.

Il-Ministru Ian Borg qal, “Dan tal-lum hu pass ieħor importanti ħafna, kemm għal dan il-proġett, però, aktar minn hekk, huwa pass ieħor 'il quddiem għal pajjiżna f'dik li hi sostenibbiltà u viżjoni ambjentali. Dan ikompli juri kemm pajjiżna hu wieħed progressiv. Dan il-gvern għaraf id-dinamiżmu li joffri l-Port il-Kbir għal pajjiżna, u għaldaqstant se nkunu qegħdin nutilizzawh bl-aħjar mod possibbli sabiex inkomplu nagħmlu passi ta' ġgant f'dik li hija mixja favur ambjent nadif u pulmun ħadrani. B'kollox 17,000 familja se jibbenefikaw minn arja aktar nadifa bis-saħħa ta' dawn il-frequency converters, li se jikkonvertu l-elettriku għall-provvista tal-cruise liners u bastimenti li jkunu irmiġġjati fil-Port il-Kbir, u b'hekk innaqsu 90% mit-tniġġis tal-arja tagħhom."

B'kollox, il-proġett se jkun qed jinkludi erba' frequency converters.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Jiġu installati l-ewwel frequency converters tal-Grand Harbour Clean Air Project
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Jiġu installati l-ewwel frequency converters tal-Grand Harbour Clean Air Project
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Jiġu installati l-ewwel frequency converters tal-Grand Harbour Clean Air Project
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow